STQARRIJA TAL-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment: Mhux minnu li l-Ministru Tonio Fenech irrifjuta li jieћu sehem waqt programmi ta’ diskussjoni fuq ONE TV
Mhux minnu li l-Ministru Tonio Fenech irrifjuta li jieћu sehem waqt programmi ta’ diskussjoni fuq ONE TV
Gћall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġi allegat fuq il-mezzi tax-xandir tal-Oppożizzjoni Laburista, mhux minnu li l-Ministru Tonio Fenech irrifjuta li jieћu sehem waqt programmi ta’ diskussjoni fuq ONE TV. Lanqas hu minnu li l-Ministru talab li jkun waћdu waqt dawn il-programmi.
Wara li saritlu stedina minn żewġ preżentaturi differenti gћal żewġ programmi differenti fuq l-istazzjon ONE, il-Ministru aċċetta li jattendi u l-unika talba li tressqet kienet dik li jkun garantit bilanċ politiku fil-parteċipazzjoni f’dawn il-programmi.
Madankollu, din it-talba ma kinitx milqugћa u l-istazzjon ipprefera diskussjoni partiġġjana permezz tal-preżenza ta’ żewġ deputati laburisti kif ukoll ta’ opinjonisti li diġà esprimew ruћhom b’tali mod li diskussjoni imparzjali ma tistax tkun possibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990