Left arrow Mur Lura

L-PRESIDENT GEORGE ABELA JŻUR IL-KULLEĠĠ SAN INJAZJU BĦALA PARTI MIŻ-ŻJARAT UFFIĊJALI FL-ISKEJJEL

PR0682
Date Icon 20/04/2010

“Inħossni onorat u emozzjonat inżur l-iskola fejn fiha ħadt l-edukazzjoni tiegħi, speċjalment ftit ġranet qabel għeluq is-62 sena tiegħi.” – Dawn kienu l-ħsibijiet miktuba fil-ktieb tal-viżitaturi mill-President George Abela meta dalgħodu temm iż-żjara fil-Kulleġġ San Injazju meta żar l-iskola San Gorg f’Ħal Qormi u iffirma “President ta’ Malta u Ex Student”.

Il-President Abela akkumpanjat mill-Onor. Dolores Cristina, Ministru għall-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u l-Prinċipal tal-Kulleġġ is-Sur Horace Caruana, dalgħodu żar tmien skejjel li jiffurmaw parti minn dan il-Kulleġġ bħala parti mill-programm ta’ żjarat li qed jagħmel fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex.

L-istudenti li laqgħu lill-President bic-ċapċip jew tixjir tal-bandiera Maltija kienu l-iskola Sekondarja tal-Bniet, Blata l-Bajda, l-iskola Sekondarja tas-Subien f’Ħaż-Żebbuġ, l-iskejjel Primarji Ta’ Ħal Luqa, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi San Bastjan u Ħal Qormi San Ġorġ.

Il-President Abela qal li filwaqt li kien ta’ pjaċir iżur l-iskola li tgħallem fiha illum, kien impressjonat kif fl-iskejjel kollha li żar ra kemm it-tgħalim inbidel u sar f’wieħed ħolistiku u inklussiv. L-istess bini tal-iskola inbidel f’wieħed modern u attrezzat għall-esiġenzi tad-dinja moderna tal-lum u kif ukoll jiftaħ il-bibien għall-servizzi oħrajn wara l-ħinijiet tal-iskola bħal Child’s Care Centre li mistenni jinfetaħ fis-Siġġiewi. Il-President feraħ lill-Ministru Dolores Cristina għall-investiment li qed isir fl-edukazzjoni, irringrazzja lill-għalliema għall-impenn tagħhom u awgura lit-tfal suċċess fit-tgħallim u l-istudju tagħhom.

Il-Ministru Dolores Cristina tkellmet dwar id-dedikazzjoni tal-għalliema u l-isfidi li dawn jiltaqgħu magħhom waqt it-taħriġ li jagħmlu b’tant dedikazzjoni. Hija ingħaqdet mal-awgurju li l-istudenti għamlu lill-President Abela u awgurat l-isbaħ xewqat f’għeluq snin il-President li jagħlaq 62 sena nhar il-Ħamis li ġej.

Fl-iskejjel tħejjew diversi attivitajiet li jvarjaw minn dawk sportivi, proġetti dwar in-natura u oħrajn li joħolqu kuxjenza ta’ dieta bilanċjata, sa kant u drama li jitrattaw suġġetti akkademiċi varji. Fl-iskola tas-Sekondarja tas-Subien f’Ħaż-Żebbuġ segwa preżentazzjoni ta’ Work Orientation Scheme filwaqt li f’dik primarja tas-Siġġiewi żar mużew tal-istorja tal-iskola. F’dan tal-aħħar ġedded il-memorja meta qad bilqiegħda f’bank individwali armat, bil-pinna u klamar, u temprina antika u saħansitra bil-kotba tal-Atlas li kienu jintużaw fl-imgħoddi.

Din iż-żjara kienet ukoll ikkaraterizzata bil-kant tal-awgurju ta’ xewqat sbieħ lill-President Abela kif ukoll ippreżentat b’diversi “Birthday Cards” magħmulin mill-istudenti stess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow