Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment

PR0677
Date Icon 20/04/2010

Jammetti  li ma kienx hemm korruzzjoni u li t-teknologija hija gdida  

Joseph Muscat jammetti li fil-process tal-ghoti tat-tender tal-estensjoni tal-power station ma kienx hemm korruzzjoni. Joseph Muscat jammetti wkoll li t-teknologija li se tintuza hija gdida u mhux kif kien jghid qabel li it-teknologija hija antikwata. Dan juri li l-kampanja tieghu kienet intiza biss biex titfa’ t-tajn. 

Min ma hax il-kuntratt seta’ jappella izda ma appellax. Madankollu, Joseph Muscat jibqa’ jaghzel li jwettaq kampanja ta’ tfigh ta’ tajn. Dan minkejja li l-Awditur Generali jghid li ma kienx hemm korruzzjoni u lanqas ma kien hemm irregolaritajiet. L-Awditur ressaq rakkomandazzjonijiet biex jindirizzaw nuqqasijiet amministrattivi li kienu dovuti ghal nuqqas ta’ esperjenza u koordinazzjoni. B’malizja, Joseph Muscat jipprova jdawwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’irregolaritajiet. 

Joseph Muscat ghandu quddiemu rapport li jgib fix-xejn l-allegazzjonijiet ta’ korruzjoni li kien qieghed jaghmel ghaliex l-awditur generali wasal ghal konkluzjoni li ma kienx hemm korruzzjoni. B’hekk, infaqghat il-buzzieqa li kien qed jonfoh Joseph Muscat.   

B’din it-teknologija l-gdida, se titjieb il-kwalita’ tal-arja. Pajjizna se jkollu provvista adegwata ghad-djar tal-familji Maltin u Ghawdxin u ghall-fabbriki, l-industriji u l-kumpaniji li jimpjegaw eluf ta’ haddiema. L-estensjoni tal-Power Station se tkun pass iehor biex tinghalaq il-Power Station tal-Marsa li Joseph Muscat jidher li jridha tibqa’ miftuha. 

L-unika intenzjoni ta’ Joseph Muscat huwa li jiggwadanja kapital politiku minn din is-sitwazzjoni u ma jinteressahx li l-effett ta’ dan jista’ jkun li pajjizna jispicca minghajr provvista tal-elettriku u jispicca jhallas il-penali ghal ksur tar-regolamenti tal-UE.

Dwar l-enfasi li kien hemm ghaggla biex ikun iffirmat il-kuntratt, ghandu jinghad li dan l-iffirmar sar kif suppost, jigifieri wara li kien ezawrit il-process kollu ta’ tendering fejn hadd ma appella. Kieku l-Enemalta kaxkret saqajha, ir-riskju ghall-pajjizna hu telf ta’ impjiegi u li jispicca bla provvista tal-elettriku meta l-pajjiz ikun obbligat jaghlaq il-power station tal-Marsa.

Kuntrarju ghal dak li qed jinghad fis-sommarju ezekuttiv, l-emenda legislattiva ma bidlietx l-ispecifikazzjonijiet tat-tender. Dawn qatt ma inbidlu. Din l-emenda, kif ikkonfermat lill-NAO mill-ufficjali involuti fil-MEPA, saret biex il-livell ta’ emissjonijiet permissibli jingiebu ghal-livelli stabiliti mid-direttiva tal-Unjoni Ewropea. Kien ghalhekk li ma kien hemm l-ebda htiega li jinbidel it-tender. 

Dwar ir-rwol tac-Chairman f’dan il-process, kif inhi prattika normali, ic-Chairman tal-Enemalta holoq l-istrutturi mehtiega ghal dan il-process. Qabel ma beda l-process formali tat-tendering, kienet saret expression of interest, li fiha BWSC indikaw li ghal xi xogholijiet kienu se jikkunsidraw li jaghmlu subcontracting ma’ kuntratturi lokali, u li wahda minnhom ic-Chairman kellu konnessjonijiet. F’dan l-istadju, ic-Chairman iddikjara interess, hareg mill-process, li minn dak il-mument ‘il quddiem waqa’ fir-responsabbilta’ diretta tad-Deputy Chairperson.  

Joseph Muscat qed jerga’ jizbalja meta jirrepeti allegazzjoni li lanqas l-istess awditur ma jikkonferma li hemm penalitajiet ta’ 300 miljun ewro jekk il-Gvern ma jkomplix b’dan il-kuntratt. Flok jissostanzjaha, Joseph Muscat kompla jirrepeti allegazzjonijiet zbaljati li ghamel hu stess.

Il-Gvern hu impenjat li jkompli jinvesti biex tissaħħaħ aktar il-provvista tal-enerġija f’pajjiżna. L-oppożizzjoni mhix l-ewwel darba li opponiet it-tisħiħ tal-provista tal-elettriku f’pajjiżna. Hekk ukoll kienet għamlet meta nbniet il-Power Station ta’ Delimara.  Anki dakinhar, l-oppozizzjoni laburista kienet ghamlet attakki u kampanji shah kontra l-bini tal-Power Station.  Id-decizjoni ta’ dakinhar uriet li minghajrha, pajjizna ma kienx ikun jista’ jigbed investiment li holqu eluf ta’ postijiet tax-xoghol ghall-haddiema Maltin u Ghawdxin.

Il-Ministeru se jkun qed jevalwa r-rapport shih u r-rakkomandazzjonijiet li saru, kif imtenni aktar kmieni fl-istqarrija. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow