STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITA
Mhux veru dak li allega d-Deputat Laburista Leo Brincat
Bil-kontra ta’ dak li qal id-Deputat Laburista Leo Brincat, id-duħħan li kultant joħrog miċ-ċumnija tal-Isptar San Luqa mhux kawżat min użu ta’ inċineratur. Dak ingħalaq u mhux jintuza aktar
Id-duħħan iswed joħroġ miċ-ċumnija f’xi okazzjonijiet meta jinqaleb l-użu bejn boiler u ieħor. Il-proċess huwa tali li meta jinxtgħel apparat li jaħdem biż-żejt, f’dan il-każ boiler, iż-żejt akkumulat jinħaraq f’ daqqa u dan jikkawża d-duħħan iswed li joħrog mic-cumnija. Dan id-discharge jieqaf meta l-fjamma fil-boiler tistabilizza ruħa. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jixtieq jagħmila ċara wkoll li l-boilers qeghdin jintużaw biss sabiex jipprovdu ilma sħun għall-pixxina tal-fiżjoterapija u biex jipprovdu ilma sħun għall-ħasil fis-swali tal-pazjenti fl-Isptar Karen Grech. Hawnhekk jinsabu rikoverati anzjani li għandhom bżonn kura fit-tul u pazjenti ohra li ghandhom bzonn servizz ta’ rijabilitazzjoni. Jidher li d-Deputat Laburista jrid li dawn is-servizzi lill-anzjani ma jkomplux jingħataw.
Il-pjan huwa li tiġi eliminata l-użu tat-teknoloġija ta’ bhalissa u li din tigi sostitwita b’teknoloġija aktar moderna u b’hekk ma tintużax aktar ic-ċumnija. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġiet inkarigata li taħdem fuq dawn il-pjanijiet u hija responsabbli minn dan il-proġett. Huwa mistenni li s-soluzzjoni li tiġi addottata tkun wkoll soluzzjoni li tinkludi l-użu ta’ enerġija minn sorsi li jiġġeddu.
Dan il-proċess jinsab fi stadju avvanzat.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990