STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U L-INVESTIMENT
Wara sena ta’ allegazzjonijiet mill-oppozizzjoni u 11-il xahar ta’ investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali ......... L-awditur ġenerali ma sab l-ebda prova ta’ korruzzjoni
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jirreferi għall-konkluzjoni tal-Awditur Ġenerali dwar l-estensjoni tal-Power Station f’Delimara li fir-rapport tiegħu kkonkluda li ma sab l-ebda prova ta’ korruzzjoni.
L-Awditur Ġenerali wasal għal din il-konklużjoni wara investigazzjoni twila u dettaljata mifruxa fuq 11-il xahar.
Minkejja li l-oppożizzjoni laburista kienet ilha aktar minn sena tallega li kien hemm korruzzjoni, ma ressqet l-ebda prova ta’ dak li kienet qed tallega.
Fil-fatt l-oppozizzjoni ma resqet l-ebda prova ta’ korruzzjoni la fil-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbliċi li hu mmexxi mid-Deputat Laburista Charles Mangion u lanqas quddiem l-Awditur Ġenerali.
Għal darb’oħra l-oppożizzjoni kienet interessata biss f’eżerċizzju ta’ tfigħ ta’ tajn u li l-pajjiż ma jkollux il-provvista meħtieġa ta’ elettriku għall-familji Maltin u għall-industrijalisti li joħolqu x-xogħol għall-ħaddiema.
Il-Ministeru se jkun qiegħed jevalwa r-rapport sħiħ u r-rakkomandazzjonijiet li saru.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990