IFFIRMAT IL-KTIEB TAL-KONDOLJANZI TAL-MEWT TRAĠIKA TAL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA LECH KACZYNSKI
PR0670
19/04/2010
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin permezz tas-Segretarju Permanenti Cecilia Attard Pirotta, iffirmat il-ktieb tal-kondoljanzi tal-mewt traġika tal-President tar-Repubblika tal-Polonja Lech Kaczynski, għan-nom tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg li kien jinsab fuq żjarat uffiċjali barra minn Malta.
Il-President tal-Polonja u s-Sinjura tiegħu kienu fost il-95 vittma li mietu f’inċident traġiku tal-ajru is-Sibt li għadda. Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg juri s-sogħba mal-familjari tal-vittmi tat-traġedja u mal-poplu Pollakk f’mument ta’ dieqa kbira fost il-popolazzjoni Pollakka.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990