RINGRAZZJAMENT GĦALL-ĦIDMA TAL-FORZI TAL-ORDNI
Il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carm Mifsud Bonnici jesprimi l-apprezzament tiegħu lill-membri kollha tal-forzi tal-ordni għall-ħidma indispensabbli tagħhom waqt iż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI tul tmiem il-ġimgħa.
Is-sens ta’ sagrifiċċju li wrew il-membri tal-forzi tal-ordni, fosthom il-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, mhux biss tul dawn il-jumejn taż-żjara tal-Q.T., iżda anke fit-tħejjijiet u l-ippjanar illi kienu ilhom għaddejjin sa minn xhur qabel il-miġja tiegħu, ssarraf f’jumejn memorabbli għan-nazzjon tagħna.
Bil-ħidma tagħhom, il-poplu Malti seta’ jgħix bis-sħiħ din Miġja Pastorali fil-paċi u serħan il-moħħ tant li ma kienu rreġistrati ebda inċidenti, minkejja l-folol ta’ nies kbar li nġabru għall-attivitajiet tal-massa li seħħew bejn il-bieraħ u llum.
Din iż-żjara għalhekk ser tibqa’ mfakkra wkoll għas-serjetà u professjonalità tal-forzi tal-ordni ta’ pajjiżna u t-tmexxija tagħhom.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990