DISKORS MILL-QDUSIJA TIEGHU L-PAPA BENEDITTU XVI WAQT IC-CERIMONJA TA’ tmiem il-Vizta Appostolika TAZ-ZJARA TIEGHU F’MALTA. AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA, LUQA - IL-HADD 18 TA’ APRIL 2010
Sur President,
Eċċellenzi,
Sinjuri,
Wasalli l-ħin li nagħti l-addijo lil Malta. Nirringrazzja lil Alla għall-opportunità li tani liniltaqa’ ma’ tant minnkom u li nżur din il-gżira sabiħa. Nirringrazzja lill-President għallkliemmimli kortesija tiegħu u nirringrazzjakom ilkoll li tajtuni merħba daqstant mill-qalbu ġeneruża. Il-vjaġġ tiegħi tani apprezzament aktar profond ta’ kif l-Evanġelju mxandarminn San Pawl fassal l-identità spiritwali tal-poplu Malti. Waqt li qed nitlaqhom ħalluninħeġġiġkom għal darb’oħra biex trawmu għarfien profond tal-identità tagħkom u tħaddnur-responsabbiltajiet li joħorġu minnha, l-aktar billi tippromwovu l-valuri tal-Evanġelju lijagħtukom viżjoni ċara tad-dinjità umana u tal-oriġini u d-destin komuni tal-umanità.Kunu ta’ eżempju, f’artkom u barra minn artkom, ta’ ħajja Nisranija dinamika. Kunukburin bis-sejħa Nisranija tagħkom. Għożżu l-wirt reliġjuż u kulturali tagħkom. Ħarsu lejnil-futur b’tama, b’rispett profond għall-ħolqien ta’ Alla, b’reverenza għall-ħajja umana, ubi stima għolja għaż-żwieġ u għall-integrità tal-familja! Kunu wlied denji ta’ San Pawl!Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-qalba tal-Mediterran, ħafna immigranti jaslufuq xtut Malta, uħud maħrubin minn sitwazzjonijiet ta’ vjolenza u persekuzzjoni, oħrajnbiex ifittxu kondizzjonijiet ta’ ħajja aħjar. Jien naf bid-diffikultajiet li jista’ jikkaġuna lilqugħta’ għadd kbir ta’ nies, diffikultajiet li ma jistgħux ikunu solvuti minn xi pajjiżwaħdu meta jaslu l-ewwel fih. Fl-istess ħin jien fiduċjuż li, bis-saħħa tal-għeruq Insaratagħha u l-istorja twila u kburija fl-ilqugħ tal-istranjieri, Malta se tagħmel li tista’, blappoġġta’ Stati oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tgħin lil dawk li jaslu hawnu tiżgura r-rispett tad-drittijiet tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990