STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISKRIVAN TAL-KAMRA TAR-RAPPREZENTANTI
B’referenza għall-artiklu li deher fil-ħarġa tal-Maltatoday tal-Ħadd, 18 ta’ April 2010 intitolat “A humbled Church” fejn qed jiġi rapportat li Fr Peter Seracino Inglott qal “What happened is that the Curia asked parliament to supply them with the official list ... This is the way MPs are usually invited. The list gives you Mr and Mrs ....” “What could the Curia have done?”
L-Uffiċċju tal-Iskrivan tal-Kamra jiddikjara li hu ma kienx involut la fil-ħruġ ta’ inviti u lanqas fl-organizzazzjoni taż-żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa, u ma ġie mitlub jipprovdi l-ebda lista tal-Membri Parlamentari, la mill-Kurja u lanqas minn xi awtorità oħra. Il-lista ta’ Preċedenza ma tinżammx minn dan l-Uffiċċju u l-ebda lista li jżomm dan l-Uffiċċju ma tinkludi l-istat maritali tal-Membri.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990