Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA BENEDITTU XVI WAQT IC-CERIMONJA TA’ MERĦBA FL-OKKAZJONI TAZ-ZJARA TIEGĦU F’MALTA. AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA’ MALTA - IS-SIBT 17 TA’ APRIL 2010

PR0662
Date Icon 17/04/2010

Sur President,Għeżież Ħuti fl-Episkopat,Awtoritajiet Distinti,Sinjuri,Hu pjaċir kbir għalija li nkun hawn Malta magħkom illum. Jien ġejt fostkom bħalapellegrin biex inqim lill-Mulej u nfaħħru għall-għeġubijiet li għamel hawnhekk. Ġejt ukollbħala s-Suċċesur ta’ San Pietru biex nikkonfermakom fil-fidi (ara Lq 22:32) u biexningħaqad magħkom fit-talb lil Alla waħdani ħaj u veru, fil-kumpanija tal-Qaddisin kollha,inkluż l-Appostlu kbir ta’ Malta, San Pawl. Għalkemm iż-żjara tiegħi f’pajjiżkom hiqasira, nitlob li tħalli ħafna frott.Jien grat, Sur President, għall-kliem ġentili li bih tajtni merħba f’ismek u f’isem il-popluMalti. Nirringrazzjak tal-istedina tiegħek u għall-ħidma iebsa li int u l-Gvern għamiltu biextħejju għaż-żjara tiegħi. Nirringrazzja lill-Prim Ministru, lill-awtoritajiet ċivili u militari,lill-membri tal-Korp Diplomatiku u lil kull min hu preżenti, li qed tonoraw din l-okkażjonibil-preżenza tagħkom u għall-merħba kordjali tagħkom.B’manjiera speċjali kien nagħti merħba lill-Arċisqof Pawlu Cremona, lill-Isqof MarioGrech u lill-Isqof Awżiljarju Annetto Depasquale, u wkoll lill-Isqfijiet l-oħra preżenti. Metaqed nagħtikom merħba, jien nixtieq nesprimi l-għożża tiegħu għas-saċerdoti, djakni,reliġjużi rġiel u nisa, u għall-fidili lajċi kollha fdati fil-kura pastorali tagħkom.L-okkażjoni taż-żjara tiegħu f’dawn il-gżejjer hija l-elf disa’ mija u ħamsin anniversarjutan-nawfraġju ta’ San Pawl fuq xtut Malta. San Luqa jiddeskrivi din il-ġrajja fl-Atti talAppostli,u hu minn dan ir-rakkont li intom għażiltu t-tema ta’ din iż-żjara: “Jeħtieg iżda linaslu fi gżira” (Atti 27:26). Uħud jistgħu jqisu l-miġja ta’ San Pawl f’Malta permezz ta’ġrajja mhux mistennija bħala sempliċi inċident fl-istorja. Iżda l-għajnejn tal-fidijippermettulna nagħrfu f’dan il-ħidma tal-Provvidenza divina.EMBARGOSakemm isir id-diskorsIkkontrolla waqt li qed isirPage 2 of 2Malta, fil-fatt, kienet f’salib it-toroq ta’ ħafna mill-ġrajjiet u skambji kulturali kbar flistorjatal-Ewropea u tal-Mediterran sa l-istess żminijietna. Dawn il-gżejjer kellhomfunzjoni importanti fl-iżvilupp politiku, reliġjuż u kulturali tal-Ewropa, tal-Lvant Nofsani utal-Afrika ta’ Fuq. F’dawn il-gżejjer, mela, fid-disinji misterjużi ta’ Alla, l-evanġeljutwassal minn San Pawl u mis-segwaċi bikrin ta’ Kristu. Il-ħidma missjunarja tagħhom tatfrott kbir tul is-sekli u kkontribwixxiet b’għadd bla qies ta’ modi għat-tiswir tal-kulturagħanja u nobbli ta’ Malta.Bis-saħħa tal-qagħda ġeografika tagħhom, dawn il-gżejjer kienu ta’ importanza strateġikakbira f’aktar minn okkażjoni waħda, saħansitra fi żminijiet reċenti: fis-sewwa, il-GeorgeCross fuq il-bandiera nazzjonali tagħkom jixhed bi kburija għall-kuraġġ kbir tal-poplutagħkom waqt il-ġranet mudlama tal-aħħar gwerra dinjija. Daqstant ieħor, ilfortifikazzjonijietli jikkaratterizzaw b’mod daqshekk prominenti l-arkitettura tal-gżirajitkellmu dwar ġlidiet imgħoddija meta Malta kkontribwixxiet tant kemm bl-art u kemmbil-baħar għad-difiża tal-Kristjaneżmu. Intom għadkom taqdu funzjoni siewja fid-dibattitidejjem għaddejjin fuq l-identità, il-kultura u l-politika Ewropea. Fl-istess waqt, jien nieħupjaċir ninnota l-impenn tal-Gvern tagħkom favur proġetti umanitarji fuq medda wiesgħa,l-aktar fl-Afrika. Hu ttamat ħafna li dan iservi biex jippromwovi l-benessri ta’ dawk lanqasiffortunati minnkom, bħala espressjoni ta’ karità Kristjana ġenwina.Fis-sewwa, Malta għandha ħafna x’tikkontribwixxi għal mistoqsijiet tant diversi fuqtolleranza, reċiproċità, immigrazzjoni, u kwistjonijiet oħrajn li huma kruċjali għall-futurta’ dan il-kontinent. In-nazzjon tagħkom għandha tibqa’ tappoġġja l-indissolubilità taż-żwieġ bħala istituzzjoni kemm naturali u kemm sagramentali, u n-natura vera tal-familja,bl-istess mod li tappoġġja l-qdusija tal-ħajja umana mill-konċepiment sal-mewt naturali, ur-rispett xieraq dovut lill-libertà reliġjuża b’modi li jwasslu lil individwi u lis-soċjetà għalżvilupp integrali awtentiku.Malta għandha wkoll rabtiet mill-qrib mal-Lvant Nofsani, mhux biss f’termini kulturali ureliġjużi iżda saħansitra lingwistiċi. Ippermettuli nħeġġiġkom biex din it-tagħqida ta’ ħilietu qawwiet tużawha dejjem aktar biex isservi ta’ pont bejn il-popli, kulturi u reliġjonijiet lijdawru l-Mediterran. Għad hemm ħafna xi jsir biex jinbnew relazzjonijiet ta’ fiduċjaġenwina u djalogu li jagħti frott, u Malta qiegħda f’pożizzjoni tajba li testendi l-id tal-ħbiberija lill-ġirien tagħha tat-tramuntana u n-nofsinhar, tal-lvant u tal-punent.Il-nies ta’ Malta, imdawlin għal kważi żewġ millennji mit-tagħlim tal-Evanġelju u msaħħinil-ħin kollu mill-għeruq insara tagħhom, huma ġustament kburin bil-funzjoniindispensabbli li l-fidi Nisranija kellha fl-iżvilupp tan-nazzjon tagħhom. Is-sbuħija tal-fiditagħna hija espressa b’modi diversi u komplimentari ħawnhekk, u mhux l-anqas fil-ħajjietta’ qdusija li wasslu lil Maltin biex jagħtu lilhom infushom għall-ġid tal-oħrajn. Fost dawnirridu ninkludu lil Dun Ġorġ Preca li jien kelli l-pjaċir nikkanonizza kważi tliet snin ilu (3ta’ Ġunju, 2007). Nistedinkom ilkoll biex issejħu l-interċessjoni tiegħu biex din l-ewwelżjara pastorali tiegħi fostkom tħalli frott spiritwali.Jien nistenna b’ħerqa li nitlob magħkom kemm indum Malta u nixtieq niżgurakom, bħalamissier u bħala ħukom, mill-imħabba tiegħi lejkom u mill-ħerqa tiegħi li maqsammagħkom dan iż-żmien f’ambjent ta’ fidi u ħbiberija. B’dawn il-ħsibijiet jiena nafdakomilkoll fil-ħarsien tal-Madonna ta’ Pinu u ta’ missierkom fil-fidi, l-Appostlu l-kbir San Pawl.Il-Mulej ibierek lill-poplu kollu ta’ Malta u ta’ Għawdex!

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow