Left arrow Mur Lura

MAL-200 PARTEĊIPANT F’GĦAWDEX GĦALL-KONFERENZA TAL-ECAD

PR0647
Date Icon 15/04/2010

Madwar 200 persuna se jkunu f’Għawdex bejn it-22 u t-23 ta’ April għall-konferenza annwali tal-ECAD (European Cities Against Drugs). Il-konferenza qed tiġi organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke.

Meta kien qed jindirizza konferenza stampa f’San Lawrenz, Għawdex, is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li apparti parteċipanti minn ħafna bliet Ewropej affiljati mal-organizzazzjoni ECAD – fosthom bliet Norveġiżi, Estonjani, Bulgari u Russi, ser ikun hemm ukoll delegazzjonijiet li ġejjin mill-bogħod, fosthom min-Nepal. L-ECAD għandha 265 belt affiljata magħha minn 30 pajjiż differenti. L-għan tal-organizzazzjoni hu li taħdem biex jonqos l-użu u l-abbuż tad-drogi.

Għal din il-konferenza ġew mistiedna rappreżentanti mit-68 Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex, li qed jitħeġġu jissieħbu huma wkoll fl-ECAD, kif għamlet 11-il lokalità Maltija fl-aħħar sena. Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li Għawdex hija gżira ideali biex fiha jittellgħu konferenzi ta’ din l-għamla. Apparti li jagħtu sfond uniku fejn issir id-diskussjoni, konferenzi f’Għawdex ifissru wkoll injezzjoni ta’ bookings fil-lukandi Għawdxin.

Fil-konferenza tal-ECAD se jiġu diskussi inizjattivi u programmi li jistgħu jintużaw sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-droga u l-abbuż tagħha. Fost il-kelliema se jkun hemm membri mill-organizzazzjonijiet Sedqa, Oasis, Caritas, Narcotics Anonymous u l-korp tal-Pulizija. It-tema magħżula għall-konferenza hija ‘Empowering our Citizens to live healthier Lifestyles’.

Apparti d-diskussjonijiet waqt il-konferenza, il-mistednin se jkollhom l-opportunità jammiraw il-ġmiel tal-gżira Għawdxija sabiex jieħdu lura memorja mill-isbaħ tal-gżira t’Għawdex fir-rebbiegħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow