Left arrow Mur Lura

Żjara tal-Papa - Sejħa għall-Voluntiera

PR0644
Date Icon 15/04/2010

Ir-Residenza San Vinċenz De Paul għandha bżonn voluntiera biex jassistu anzjani li jixtiequ jsellmu lill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI hekk kif, nhar is-Sibt li ġej, jgħaddi minn quddiem l-istess residenza.

Peress li n-numru ta’ anzjani li jixtiequ jsellmu l-Papa huwa wieħed li qiegħed jikber kuljum, huwa maħsub li l-istaff u n-numru preżenti ta’ voluntiera se jieħdu ħin pjuttost twil biex iwasslu l-anzjani mis-sala tagħhom sat-trasport provdut.    

Għalhekk qed tinħareġ din is-sejħa għall-voluntiera sabiex l-anzjani ma jkollhomx ħin twil ta’ stennija.

Dawk kollha interessati li jkunu voluntiera huma mħeġġa jċemplu fuq 2123 8270 jew jibgħatu email fuq frances.asciak@gov.mt

Dan huwa il-programm imħejji:

Data – Is-Sibt li ġej, 17 ta’ April 2010

Post – It-triq prinċipali barra r-residenza San Vinċenz De Paul

4:15pm                    Quddiesa ċċelebrata mill-Kappillan tar-Residenza San Vinċenz De Paul

                               Animazzjoni minn RB2 band (band magħmula mill-impjegati tas-sala RB2)

5 pmParata minn madwar 120 membru tal-iscouts taż-Żejtun
5.45pm (circa)Insellmu lill-Papa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow