Left arrow Go Back

5,000 TIFEL U TIFLA SER JILQGĦU LIL-Q.T. IL-PAPA FI PJAZZA SAN ĠORĠ

PR0640
Date Icon 14/04/2010

Ser ikunu 5,000 tifel u tifla li ser jilqghu lill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI fi Pjazza San Gorg mal-wasla tieghu fil-Belt Valletta nhar is-Sibt li gej.

Il-Papa Benedittu XVI ser jasal il-Belt Valletta ghall-habta tas-6.00 p.m. ghal laqghat mal-ghola awtoritajiet tal-pajjiz, fil-Palazz tal-President.

Waqt Konferenza tal-Ahbarijiet mill-Kumitati Organizzattivi li saret dalghodu fi Pjazza San Gorg, inghataw id-dettalji ta’ din l-attivita’. It-tfal li ser ikunu migbura fi Pjazza San Gorg, ser jaslu l-Belt Valletta permezz ta’ trasport organizzat minn diveri parrocci u ghaqdiet.

Elizabeth Pisani, mill-Kummissjoni Djocesana Tfal qalet illi l-applikazzjonijiet biex it-tfal jiehdu sehem f’din l-attivita fethu f’nofs Frar u kellhom jaghlqu qabel iz-zmien minhabba li l-ammont massimu ta’ 5,000 kien intlahaq. Janimaw lit-tfal fi Pjazza San Gorg ser ikun hemm kor maghmul minn 350 tifel u tifla.

Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali qal illi fl-organizazzjoni ta’ din l-attivita’ ittiehdu l-prekawzjonijiet kollha possibli biex jitharsu t-tfal. Il-mod kif organizzat it-trasport u wkoll it-toroq li minnhom ser jghaddu t-tfal biex jaslu ghal Pjazza San Gorg, gie mfassal b’tali mod li ma jkunx hemm riskji. It-tfal ser ikunu akkumpanjati minn madwar 600 helper.

Charles Bonello irringrazzja wkoll lill-haddiema tat-taqsima tax-xoghlijiet fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Affarijiet Rurali taht il-koordinazzjoni ta’ Oliver Lautier, tal-hidma taghhom tul dawn ix-xhur.

F’din il-Konferenza tal-Ahbarijiet tkellem ukoll John Gera, Operations Manager tal-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, fejn spjega l-prekawzjonijiet kollha li ttiehdu ghal din l-attivita’ fosthom il-facilitajiet li ser ikun hemm fuq il-post.

Il-Media li attendew ghal dan il-Press Briefing kienu wkoll imdawwra mas-Swali tal-Palazz tal-President minn Olaph Terribile, Segretarju tal-Presidenza fejn ta informazzjoni dwar il-laqghat li l-Papa ser ikollu fil-Palazz tal-President. Fi tmiem dawn il-laqghat il-Papa ser johrog fil-gallarija principali tal-Palazz u jsellem lit-tfal u dawk migbura fil-Pjazza u t-toroq tal-madwar.

Min ser ikun fil-Belt Valletta ser ikun jista’ jsegwi l-attivitajiet ghaddejjin fil-Palazz minn fuq Big Screens li ser jintramaw apposta fi Pjazza San Gorg, Pjazza Regina u fil-bidu ta’ Triq ir-Repubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow