Left arrow Mur Lura

Il-Gvern ma jridx li t-taxxi tal-poplu jmorru biex jitĦallsu multi minĦabba l-kaĊĊa

PR0638
Date Icon 14/04/2010

Il-Gvern jirreferi ghall-istqarrija ‘Politics and Spring Hunting’ mahruga llum mill-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK). 

Il-Gvern jerga isostni l-kalkoli li l-qbid ta’ 13,071 gamiema u  12,335 summiena, in vista tal-kacca fir-rebbiegha, huwa fil-limiti stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Ghasafar.  Madanakollu, huwa ghazel li ghar-rebbiegha ta’ din is-sena jmur ghal numru li huwa terz ta’ dan (jigifieri terz tal-perjodu u terz tan-numru li jista jigi kkaccjat) u dan peress li ghad ma hemmx qbil mal-Kummissjoni Ewropea.   

Kieku l-Gvern mexa skond ma qeghdin jissuggerixxu l-FKNK u dak li qed ighid il-Partit Laburista, kienet tigi perikolata d-decizjoni tal-Qorti li ppermettiet il-ftuh tal-istagun tar-Rebbiegha, bil-possibilita’ li jkollhom jithallsu l-multi mit-taxxi tal-poplu Malti. 

Il-Gvern ghazel li jkun responsabbli u ma jwassalx lil Malta f'sitwazzjoni fejn tehel multi mill-Qorti Ewropea tal-Gustizzja u sadanittant ikompli jiddiskuti biex jitwettaq dak li gie negozjat qabel is-shubija u kkonfermat mis-sentenza tal-Qorti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow