Il-Gvern ma jridx li t-taxxi tal-poplu jmorru biex jitĦallsu multi minĦabba l-kaĊĊa
Il-Gvern jirreferi ghall-istqarrija ‘Politics and Spring Hunting’ mahruga llum mill-Federazzjoni Kaccaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
Il-Gvern jerga isostni l-kalkoli li l-qbid ta’ 13,071 gamiema u 12,335 summiena, in vista tal-kacca fir-rebbiegha, huwa fil-limiti stabbiliti mid-Direttiva dwar l-Ghasafar. Madanakollu, huwa ghazel li ghar-rebbiegha ta’ din is-sena jmur ghal numru li huwa terz ta’ dan (jigifieri terz tal-perjodu u terz tan-numru li jista jigi kkaccjat) u dan peress li ghad ma hemmx qbil mal-Kummissjoni Ewropea.
Kieku l-Gvern mexa skond ma qeghdin jissuggerixxu l-FKNK u dak li qed ighid il-Partit Laburista, kienet tigi perikolata d-decizjoni tal-Qorti li ppermettiet il-ftuh tal-istagun tar-Rebbiegha, bil-possibilita’ li jkollhom jithallsu l-multi mit-taxxi tal-poplu Malti.
Il-Gvern ghazel li jkun responsabbli u ma jwassalx lil Malta f'sitwazzjoni fejn tehel multi mill-Qorti Ewropea tal-Gustizzja u sadanittant ikompli jiddiskuti biex jitwettaq dak li gie negozjat qabel is-shubija u kkonfermat mis-sentenza tal-Qorti.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990