Left arrow Mur Lura

Id-direttiva gĦal bojkott tal-kaċċa fir-rebbiegĦa mill-gĦaqdiet tal-kaċċaturi

PR0623
Date Icon 12/04/2010

Il-Gvern jirreferi għall-istqarrijiet maħruġa mill-Għaqda Kaċċaturi San Umbertu, l-Għaqda tas-Senter u l-Gabjun, u l-Moviment Kaċċaturi Nassaba Ambjentalisti u l-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti. Sfotunatament, il-kontentut u t-ton ta’ dawn l-istqarrijiet jindika li hemm min jixtieq jerġa’ juża tattiċi antiki, inkluż tgħajjir u insulti personali, li ma jwasslu imkien.

Il-fatti huma sempliċi.  L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa ser jerġa’ jiftaħ din is-sena wara li ma nfetaħx għall-aħħar sentejn. Dan kien possibbli wara li l-Gvern iddefenda din il-possibilta’ fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fis-sentenza tagħha ikkonfermat dak li qal il-Gvern waqt in-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri li deroga għal kaċċa fir-rebbiegħa hija possibli fil-waqt li sostniet li numri tal-għasafar maqbuda għandhom jonqsu sewwa.

Id-deċizjonijiet dwar l-istaġun limitat ta’ din is-sena ittieħdu sabiex fil-waqt li ssir kaċċa fir-rebbiegħa, pajjizna ma jitlifx din il-possibilta` darba għal dejjem, u li jibqgħu għaddejjin l-iskambji mal-Kummissjoni Ewropea. Il-mira tal-Gvern hija li l-istaġun tar-rebbiegħa tas-sena d-dieħla ikun mifrux fuq 3 gimgħat (bejn l-10 u t-30 ta’ April eskluzi l-Ħdud u l-festi pubbliċi) u jkunu jistgħu jinqabdu  24,406 għasfur (13,071 gamiema u 12,335 summiena).  Ta’ min ifakkar li r-rakkomandazzjoni tal-ORNIS kienet għal staġun fuq 3 gimgħat bejn l-10 u t-30 ta’ April u l-qbid ta’ 33,135 għasfur (22,298 gamiema u 10,837 summiena), differenza ta’ 8,729  tajra.  Il-kalkolu tan-numri li qed iqis il-Gvern kien diġa’ spjegat fl-istqarrija maħruga nhar il-Gimgħa li għaddiet li qed terga’ tigi annessa.

Paragrafi 65 u 66 tas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja (Ċ-76/08) jikkonsidraw in-numri tal-għasafar maqbuda fir-rebbiegħa fid-dawl ta’ dawk maqbuda fil-ħarifa.  Skond il-carnet de chasse, mimli mill-kaċċaturi stess, u li kien ikkunsidrat mill-Qorti, din kienet il-kaċċa fil-ħarifa:

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow