L-ANZJANI JSELLMU LILL-PAPA
Ftit wara li jasal fil-pajjiż, nhar is-Sibt li ġej, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI ser jgħaddi minn quddiem ir-Residenza San Vinċenz De Paul fejn numru ta’ residenti se jsellmulu waqt li jkun għaddej.
Għal dan il-għan, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` ħejja programm li jibda biċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u jkompli b’parata tal-iscouts.
Filwaqt li ġie pprovdut trasport lil dawk li jattendu ċ-ċentri ta’ matul il-Jum tal-Gvern, anzjani u familjari huma mistiedna jattendu. Dan huwa l-programm:
Data – Is-Sibt 17 ta’ April 2010
Post – It-triq prinċipali barra r-residenza San Vinċenz De Paul
4.15pm Quddiesa ċċelebrata mill-Kappillan tar-Residenza San Vinċenz De Pau
Animazzjoni minn RB2 band (band magħmula mill-impjegati tas-sala RB2)
| 5.00 pm | Parata minn madwar 120 membru tal-iscouts taż-Żejtun |
| 5.45pm (circa) | Tislima lill-Papa |
Huwa importanti li min se jattendi għal din l-attività ikun fil-post qabel tibda l-quddiesa. Il-parkeġġ ta’ SVPR u tal-Għammieri (faċċata ta’ SVPR) se jkunu jistgħu jintużaw. Mhux se jitħalla li jsir parkeġġ barra t-triq.
Se jkun hemm siġġijiet għall-użu tal-anzjani. F’każ ta’ xemx qawwija, l-anzjani huma mħeġġa jilbsu brieret bħala protezzjoni mix-xemx kif ukoll jilbsu ilbies ħafif sabiex jevitaw li jħossu ħafna sħana.
Aktar informazzjoni dwar din l-attività tista’ tinkiseb mill- uffiċċju tal-komunikazzjoni tas-segretarjat fuq 2299 2462.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990