Left arrow Mur Lura

Imniedi kors għas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali

PR0596
Date Icon 07/04/2010

Illum tnieda kors organizzat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u mill-iStaff Development Organisation bil-għan li s-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u uffiċjali pubbliċi li aċċettaw li jissieħbu fil-pool ta’ Segretarji Eżekuttivi jkunu mħejjija aħjar għax-xogħol tagħhom. Fost is-suġġetti tal-kors hemm ħiliet maniġerjali u ta’ tmexxija. 

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said fetaħ il-kors b’diskors li matulu tkellem dwar ir-rwol importanti tas-Segretarji Eżekuttivi. Chris Said qal li l-importanza tas-Segretarji Eżekuttivi qed tintwera biċ-ċar anke bil-ħatra tagħhom bħala uffiċjali pubbliċi u bl-opportunità ta’ taħriġ kontinwu u regolari li ser tinghata lilhom. 

Huwa semma kif permezz tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali l-Gvern ried jasal għal pożizzjoni fejn is-Segretarji Eżekuttivi jkunu jistgħu jesegwixxu deċiżjonijiet leġittimi u jwaqqfu milli jittieħdu deċiżjonijiet li mhumiex hekk. Il-Gvern, kompla Chris Said, ried li s-Segretarji Eżekuttivi jkunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr biża’ relatat mal-impjieg jew mal-performance bonus tagħhom u kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li s-Segretarji Eżekuttivi jsiru uffiċjali pubbliċi u jirrispondu direttament lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali. 

Chris Said qal li l-pool tas-Segretarji Eżekuttivi nħoloq biex tiġi aċċertata aktar trasparenza. Ser ikun possibbli wkoll li  dawn is-Segretarji Eżekuttivi jimxu minn Kunsill Lokali għal ieħor, filwaqt li jibqgħu javvanzaw fil-karriera tagħhom fis-servizz pubbliku. Huwa fakkar ukoll kif bħala uffiċjali pubbliċi, s-Segretarji Eżekuttivi ser ikunu marbuta jsegwu l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Kodiċi ta’ Etika. Dan it-tibdil ser jassigura li l-Kunsilli Lokali jkunu iżjed konformi mal-liġijiet tal-pajjiż filwaqt li tkun salvagwardata l-awtonomija tagħhom fl-ambitu tal-liġi.  

Chris Said għalaq billi fakkar li s-Segretarji Eżekuttivi għandhom rwol fundamentali fl-operat tal-Kunsilli Lokali u għandhom ir-responsabbiltà li jaraw li l-Kunsilli Lokali f’pajjiżna jibqgħu mexjin ’il quddiem.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow