Left arrow Mur Lura

‘Minn Benedittu sa Benedittu’ fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin

PR0585
Date Icon 05/04/2010

Wirja li ġġib l-isem “Minn Benedittu sa Benedittu” ġiet inawgurata mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin,  l-Onor. Dr Tonio Borg fil-5 t’April 2010 fis-Sala Pardo fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, il-Belt Valletta.

L-inawgurazzjoni seħħet fil-preżenza tal-Arċisqof ta’ Malta l-E.T. Mons. Pawl Cremona u tan-Nunzju Apostoliku għal Malta l-E.T. Mons. Tommaso Caputo.

Il-Wirja hija magħmula minn ritratti mill-ħajjiet tal-Papiet Benedittu XV, Piju XI, Piju XII, Ġwanni XXIII, Pawlu VI, Ġwanni Pawlu I, Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI, u sa tkun miftuħa għall-pubbliku bla ħlas matul il-ġranet tax-xogħol mis-6 sal-15 t’April. Il-wirja qegħda tittella’ fl-okkazjoni taż-Zjara tal-Q.T. il-Papa Benedittu XVI f’Malta fis-17-18  t’April 2010.

Il-Ministeru jixtieq jirringrazzja lil Photocity tal-Belt Valletta għar-ritratti u lid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Il-wirja ġiet organizzata minn Reuben Gauci, uffiċjal fil-Ministeru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow