Left arrow Mur Lura

MEJDA TA’ L-APPOSTLI BI STIL ORIĠINALI FIL-BANCA GIURATALE, FIR-RABAT GĦAWDEX

PR0580
Date Icon 01/04/2010

B’differenza mill-wirjiet ta’ diversi ġeneri ta’ arti li mdorrijin naraw matul is-sena, fil-foyer tal-Banca Giuratale fi Pjazza Indipendenza fir-Rabat, Għawdex, din is-sena l-Uffiċċju tal-Kultura qed jippreżenta wirja oriġinali b’rappreżentazzjoni tal-Mejda li fuqha Kristu qasam l-aħħar Ikla ma’ l-Appostli Tiegħu awl il-lejl li fih ġie msallab. Din il-wirja ġiet inawgurata l-ġimgħa li għaddiet mill-Assistent Parlamentari mal-Ministeru għal Għawdex, l-Onor Frederick Azzopardi. 

Għad-Dipartiment tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, li għandu l-Uffiċċji Amministrattivi tiegħu f’dan l-istess bini, din il-wirja hija aktar speċjali, għaliex qed issir kollha kemm hi minn wieħed mill-impjegati tal-istess uffiċċju, Frank Cassar. Frank mhuwiex wiċċ ġdid fil-qasam artistiku f’Għawdex, u minbarra li diġà tella’ żewġ wirjiet oħra personali ta’ xogħlijiet artistiċi tiegħu, ħa sehem f’numru ta’ wirjiet kollettivi tal-arti. Ħafna mix-xogħlijiet tiegħu, li fil-parti l-kbira jirrapreżentaw is-sagru, insibuhom esposti mhux biss ġewwa u barra numru ta’ djar f’pajjiżna, iżda wkoll f’pajjiżi oħra bħal ma hi l-Awstralja fejn kien ikkumissjonat jesegwixxi sett ta’ għoxrin basso-riljiev li jirrapreżentaw l-erba’ misteri tat-talba tar-Rużarju. 

Fil-Mejda ta’ l-Appostli fil-Banca Giuratale, minbarra li wieħed jista’ jara mejda tipikament Lhudija armata għall-Ikla tal-Għid, insibu wkoll statwa life-size ta’ Ġesù Kristu fil-mument tal-qsim tal-ħobż, xogħol l-istess artist Frank Cassar. Il-wirja hija miftuħa kuljum sa Ħadd il-Għid, bejn it-8.00 a.m. u d-9.00 p.m. u dawk li jżuruha jistgħu japprezzaw iktar dak li jkunu qegħdin jaraw permezz ta’ dokumentarju qasir imħejji apposta għal din l-okkażjoni.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow