IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JILTAQGHU MAL-GHAQDIET LI SE JIBBENIFIKAW MILL-ISTRINA 2009
“L-edizzjoni tal-Istrina, il-maratona nazzjonali ta’ ġbir ta’ fondi, li nzammet nhar is-26 ta’ Diċembru 2009, kisbet l-għan tagħha, u kienet suċċess” – hekk qal il-President George Abela waqt laqgha li saret illum fil-Palazz ta’ Sant’Anton ma’ dawk l-ghaqdiet li se jibbenifikaw mill-Istrina 2009.
Wara li ġew ikkunsidrati l-applikazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u għaqdiet volontarji li talbu ghajnuna ghal-progetti taghhom, gew identifikati is-27 ghaqda li ser jibbenefikaw mill-fondi li ġew imwegħda waqt l-Istrina. Matul is-sena il-Malta Community Chest Fund se tkompli taghti sapport lil dawn l-ghaqdiet u wkoll issegwi il-progett taghhom.
Il-President Abela qal illi l-membri kollha tal-Bord jinsabu sodisfatti li l-Malta Community Chest Fund se tikkontribwixxi b’riżq il-proġetti li qed jigu proposti u awgura kull success fil-hidma ta’ kull ghaqda.
L-ghaqdiet li se jibbenifikaw huma Fra Diego Home, Dar Pirotta, YMCA, Fondazzjoni Nazareth, The Malta Guide Dogs Foundation, the Muscular Dystrophy Group, the Mission Fund, Mid-Dlam ghad-Dawl, the Victim Support (Malta), Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Oratorju Don Bosco (Gozo), St. Jeanne Antide Foundation, Caritas, Fondazzjoni Arka, Fondazzjoni Wens, Ursuline Sisters, Inspire, Malta Hospice Movement, Fondazzjoni Hajja Indipendenti, Little Sisters of the Poor, Dar il-Kaptan, Equal Partners Foundation, Richmond Foundation, Fondazzjoni OASI, Physically Handicapped Rehabilitation Fund, Multiple Sclerosis Society, Franciscan Sisters of the Heart of Jesus.
DOI - 31.03.10
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990