Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JILTAQGHU MAL-GHAQDIET LI SE JIBBENIFIKAW MILL-ISTRINA 2009

PR0579
Date Icon 31/03/2010

“L-edizzjoni tal-Istrina, il-maratona nazzjonali ta’ ġbir ta’ fondi, li nzammet nhar is-26 ta’ Diċembru 2009, kisbet l-għan tagħha, u kienet suċċess” – hekk qal il-President George Abela waqt laqgha li saret illum fil-Palazz ta’ Sant’Anton ma’ dawk l-ghaqdiet li se jibbenifikaw mill-Istrina 2009.

Wara li ġew ikkunsidrati l-applikazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u għaqdiet volontarji li talbu ghajnuna ghal-progetti taghhom, gew identifikati is-27 ghaqda li ser jibbenefikaw mill-fondi li ġew imwegħda waqt l-Istrina.  Matul is-sena il-Malta Community Chest Fund se tkompli taghti sapport lil dawn l-ghaqdiet u wkoll issegwi il-progett taghhom.

Il-President Abela qal illi l-membri kollha tal-Bord jinsabu sodisfatti li l-Malta Community Chest Fund se tikkontribwixxi b’riżq il-proġetti  li qed jigu proposti u awgura kull success fil-hidma ta’ kull ghaqda.

L-ghaqdiet li se jibbenifikaw huma  Fra Diego Home, Dar Pirotta, YMCA, Fondazzjoni Nazareth, The Malta Guide Dogs Foundation, the Muscular Dystrophy Group, the Mission Fund, Mid-Dlam ghad-Dawl, the Victim Support (Malta), Fondazzjoni Suret il-Bniedem, Oratorju Don Bosco (Gozo), St. Jeanne Antide Foundation, Caritas, Fondazzjoni Arka, Fondazzjoni Wens, Ursuline Sisters, Inspire, Malta Hospice Movement, Fondazzjoni Hajja Indipendenti, Little Sisters of the Poor, Dar il-Kaptan, Equal Partners Foundation, Richmond Foundation, Fondazzjoni OASI, Physically Handicapped Rehabilitation Fund, Multiple Sclerosis Society, Franciscan Sisters of the Heart of Jesus.

DOI - 31.03.10

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow