TAHWIL TA’MITT SIGRA F’TA QALI FEJN HAFNA NIES QED IGAWDU L-AMBJENT U L-FACILITAJIET LI JOFFRI L-PARK
Dalghodu fil Park Nazzjonali f’Ta Qali saret cerimonja ta’ tahwil ta’ mitt sigra taz-zebbug moghtija mill-Gvern Awstraljan. Dan it-tahwil sar mill-Kummissarju Gholja tal-Awstralja ghal Malta, Anne Quinane, fil-prezenza tal- Ministru tar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino. Il-post fejn thawwlu dawn is-sigar ser ikun maghruf bhala Australia Grove. Sadanittant f’dawn il-jiem, mijiet ta’ nies qeghdin iqattgħu ġranet f’dan il-Park, fejn hemm ukoll il-BOV Adventure Park, li ġie nnawgurat lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Kull perjodu ta’ vaganzi qed jara l-parks ta’ pajjiżna jintlew bil-familji u t-tfal li jgawdu arja nadifa, fi spazju miftuħ kif ukoll jirrikrejaw ruħhom b’logħob innovattiv u avventuruż bhal ma joffri dan il-Park.
F’kumment li ta l-Ministru Pullicino waqt it-tahwil, huwa irringrazzja lil-Gvern Awstraljan tad-donazzjoni tas-sigar, u qal li l-Gvern għandu viżjoni li jkompli jagħti lura lin-nies spazji pubbliċi miftuħa għar-rikreazzjoni tal-familji. Is-sena l-oħra wkoll, tlestiet l-estenzjoni tal-park f’Kennedy Grove fejn hemmhekk ukoll eluf ta’ familji qegħdin iqattgħu ħin ta’ rikreazjoni flimkien. Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali se jkompli jaħdem fuq din il-viżjoni tant li qed jembarka fuq numru ta’ proġetti fosthom –
· il-ħolqien ta’ Family Park f’Wied il-Għajn fuq żona fejn fis-snin sebgħin kienet isservi bħala miżbla,
· il-proġett ta’ Park f’Dellimara,
· ħidma biex il-Magħtab tinbidel f’park, u proġetti oħra ta’ tisbiħ,
· manutenzjoni u ftuħ u aċċessibilita ta’ spazji oħrajn għar-rikreazzjoni ta’ kulħadd.
Dawn il-proġetti filwaqt li jkattru x-xogħol u juru l-ħila tal-ħaddiema, huma investiment fil-futur ta’ uliedna, investiment fil-familji tagħna, u investiment sabiex inkomplu nsebbħu pajjiżna, temm jghid il-Ministru Pullicino.
DOI - 31.03.10
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990