Left arrow Mur Lura

IL-KUMMISSJONI GĦOLJA MALTIJA F’LONDRA TASSISTI 180 PERSUNA FL-EWWEL TLIET XHUR TAS-SENA 2010

PR0577
Date Icon 31/03/2010

Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin kompla jkun ta’ servizz għall-Maltin li jinsabu barra minn Malta.  Il-Kummissjoni Għolja Maltija f’Londra assistit f’għajnuniet konsolari madwar 60 pazjent Malti, kull xahar bejn Jannar u Marzu, li jitilgħu Londra għall-kura medika.  F’Jannar il-Kummissjoni Għolja għenet 54 persuna, fi Frar 58 persuna u matul dan ix-xahar għenet 67 persuna.

Din hija parti minn ħidma kontinwa li jwettaq il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin permezz tar-rappreżentanzi diplomatiċi tiegħu barra minn Malta. L-iskop aħħari ta’ din il-ħidma mill-Ambaxxati u Konsolati hija li l-Maltin jingħataw kull assistenza neċessarja fuq diversi materji fosthom, visa’s, ċittadinanza, u assistenza konsolari oħra.

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg qal li huwa ta’ sodisfazzjon kbir li l-ħidma tal-Ministeru tgħin ukoll lil dawn il-persuni li jkunu għaddejjin minn mumenti sensittivi fil-ħajja tagħhom. Fi kliemu, il-partikolarità ta’ sitwazzjonijiet simili jitolbu l-akbar rispett u professjonalità mill-ħaddiema Maltin impjegati f’dawn l-Ambaxxati. Huwa għal dan il-għan li l-Ministeru jagħti taħriġ kontinwu lill-impjegati tiegħu.

Intant, fl-ewwel tliet xhur tas-sena ġiet reġistrata żieda importanti fil-kuntatti bejn negozjanti u investituri li jesprimu interess f’Malta. Din issa laħqet kważi l-400 kuntatt bejn Jannar u Marzu 2010.

Fiż-żjara riċenti li għamel fiċ-Ċina, il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg kellu laqgħat mal-Viċi President tal-Għaqda tan-negozji ta’ Shangai, li matulha ddiskutew il-potenzjal li ż-żewġ pajjiżi għandhom sabiex ikabbru l-interessi kummerċjali tagħhom; fosthom fl-oqsma tat-turiżmu, l-edukazzjoni, is-servizzi finanzjarji u l-qasam marittimu.

Fl-istess żjara, tħabbar li wara li fl-2009 kienu ffirmati 12-il ftehim bejn Malta u c-Cina, l-Ghaqda li tirrapreżenta s-sidien tan-negozju f'Beijing, iddikjarat li se tkun qeda tmexxi delegazzjoni kummerċjali lejn Malta f'Ġunju li ġej. Dan fid-dawl tal-fatt li ż-żewġ pajjiżi qablu li f'Mejju li ġej jirrevedu l-ftehim ta' ħelsien mit-tassazzjoni doppja.

DOI – 31.03.2010

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow