Left arrow Mur Lura

IL-KUMITAT MAGĦŻUL TAL-KAMRA JKOMPLI BIL-PROĊESS TA’ RIKODIFIKAZZJONI U KONSOLIDAZZJONI TAL-LIĠIJIET TA’ MALTA

PR0576
Date Icon 30/03/2010

Il-Kumitat Magħżul tal-Kamra maħtur għall-iskop ta’ Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Liġijiet immexxi mill-Onor. Franco Debono u magħmul mill-Onor. Josè Herrera u l-Onor. Francis Zammit Dimech, reġa’  ltaqa’ llum it-Tnejn 29 ta’ Marzu 2010 biex ikompli jiddiskuti l-proċess ta’ rikodifikazzjoni u konsolidazzjoni tal-Liġijiet ta’ Malta.  Dan il-Kumitat Magħżul qed jiltaqa’ wara mozzjoni li kienet għaddiet fil-Parlament.

Il-Kap tal-Justice Unit, Dr Vanni Bruno, li kien diġà indirizza lill-Kumitat f’laqgħa preċedenti, informa lill-Kumitat li l-aħħar eżerċizzju ta’ konsolidazzjoni ta’ leġislazzjoni tas-sussidjarjetà li sar hawn Malta, kien proprju fl-1942, meta kien hemm il-Law Revision Commission taħt l-Imħallef Harding u l-Professur Ninu Mamo.  Għalkemm fl-1984 il-Law Revision Commission kienet tiltaqa’ taħt iċ-Chairman, Dr Edgar Mizzi, qatt ma kienet saret konsolidazzjoni fil-liġi prinċipali.  Min-naħa l-oħra, fi żmien riċenti, il-Parlament ikkonsolida xi liġijiet f’liġi waħda.

Kelliemi ieħor waqt il-kumitat kien il-Professur Kevin Aquilina li spjega fid-dettall il-benefiċċji ta’ dan il-proċess ta’ konsolidazzjoni li f’pajjiżi barranin jitwaqqfu Kummissjonijiet simili bħal dan il-Kumitat Magħżul u li fost l-oħrajn ix-xogħol tagħhom huwa li l-liġijiet ikunu iktar aċċessibbli, issimplifikati u li jdaħħlu iktar ċertezza tad-dritt.   Huwa tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li jiġu identifikati wħud mil-liġijiet ta’ natura amministrattiva li jeżistu fil-Liġijiet ta’ Malta u li jistgħu jiġu  kkonsolidati.

Fis-seduta li jmiss fis-7 ta’April mistennija tiġi diskussa r-rilevanza tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, u l-possibbiltà li l-artikoli rimanenti ta’ dan il-Kodiċi jiġu inseriti f’liġijiet oħrajn, kif ukoll il-possibbiltà ta’ konsolidazzjoni ta’ liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow