Left arrow Mur Lura

BORD ĠDID GĦALL-PUBLIC BROADCASTING SERVICES (PBS)

PR0570
Date Icon 30/03/2010

Il-Public Broadcasting Services għandha Bord ta’ Tmexxija ġdid immexxi mis-Sur Joseph Mizzi bħala Chairperson.

Il-membri l-oħra tal-Bord huma is-Sur Josef Grech, is-Sur Ansell Aquilina, Dr. Isabele Gatt, is-Sur Kenneth Pullicino, u s-Sinjorina Claire Azzopardi. L-Avukat Joseph Refalo hu s-Segretarju tal-Bord. Il-ħatra tal-Bord hi għal sena.

Sadattant, Dr. Claire Thake Vassallo, li serviet bħala Chairman tal-Bord fis-sentejn li għaddew, talbet biex ma terġax tkun maħtura, minħabba bosta impenji akkademiċi li għandha. Madankollu hi aċċettat li tkompli tagħti l-pariri tagħha lill-Bord għax-xhur li ġejjin sakemm ikun finalizzat xi xogħol li hi diġa’ kienet bdiet tagħmel.

Joseph Mizzi iggradwa mill-Universita’ ta’ Malta fl-1987 u wara segwa kors fil-ġurnaliżmu fl-Universita’ u kors ieħor fid-Disinn Grafiku fl-Iskola tal-Arti. Ħadem fid-Dipartiment tal-Informazzjoni u fl-1990 waqqaf il-kumpanija tiegħu Mizzi Design and Graphic Services.

Fl-1996 beda jmexxi l-Midsea Books Ltd u l-Klabb Kotba Maltin, grupp li llum hu responsabbli għal kważi nofs il-pubblikazzjonijiet Maltin. Hu membru tal-Bord Editorjali tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti, il-BOV Art Exhibitions, l-Akkademja tal-Malti u s-Soċjeta’ Arkeoloġika Maltija u membru tal-Federazzjoni tal-Pubblikaturi Ewropej.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow