AKTAR ROTOT ĠODDA LEJN MALTA
Żewġ linji tal-ajru, Ryanair u Easyjet, mil-lum bdew joperaw żewġ rotot ġodda mir-Renju Unit u mill-Italja. Il-kumpanija Ryanair bdiet topera minn Bournemouth fir-Renju Unit bl-ajruplan tagħha jasal Malta fil-11.20am u jitlaq lura fil-11.45am. Il-kumpanija Easyjet bdiet topera mill-ajruport ta’ Malpensa, Milan bl-ajruplan tagħha jasal Malta fis-1.50pm u jirritorna lejn Milan fis-2.25pm.
Il-kumpanija Ryanair reċentement bdiet topera rotta ġdida minn Leeds - Bradford fir-Renju Unit filwaqt li minn għada in-Norwegian Air Shuttle, ser tibda topera rotta ġdida minn Oslo, in-Norveġja. L-istess kumpanija tibda topera rotta oħra minn Copenhagen, id-Danimarka mit-3 ta’ April.
Pajjiżna hu wieħed fost l-iktar pajjiżi li jiddependu mil-linji tal-ajru għas-settur turistiku tagħhom. Għalhekk l-ikbar ħidma li qed issir mill-Gvern u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f’dan il-qasam hi indirizzata lejn li l-pajjiż jkollu linji tal-ajru u rotot biżżejjed biex iservi lil kulmin ikun irid iżur Malta.
Din is-sena in-numru ta’ seats fuq l-ajruplani li jaħdmu minn u lejn Malta mistenni li jkun ta’ 3,168,000, żieda ta’ 220,000 seat, jew ta’ 7.46 fil-mija fuq is-sena l-oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990