Left arrow Mur Lura

62 Kunsill Lokali jikkonkludu ftehim dwar Separazzjoni tal-Iskart

PR0562
Date Icon 30/03/2010

Waqt l-iffirmar tal-ftehim dwar separazzjoni tal-iskart bejn il-Kunsill Lokali tal-Imqabba u Greenpak, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor.  Chris Said faħħar l-inizjattivi ta’ dan il-kunsill favur l-indafa u ambjent aħjar u qal li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba dejjem ħeġġeġ lir-residenti jużaw is-servizz tal-bring-in-sites. 

Chris Said semma l-importanza ta’ edukazzjoni kontinwa dwar is-suġġett u qal li l-iskema li daħal fiha l-Kunsill tal-Imqabba tinkludi kampanji edukattivi u informattivi.  B’hekk, kompla Chris Said, qed jiġi assigurat li r-residenti jkunu jafu f’hiex qed jissarrfu l-isforzi tagħhom u jħossuhom parteċipi fl-inizjattivi tal-kunsill lokali. 

Chris Said fakkar li fil-proċess ta’ konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-kunsilli lokali l-indafa kien wieħed mis-suġġetti li l-aktar li tqajjmu mir-residenti.  B’inizjattiva bħal tal-Kunsill Lokali tal-Imqabba, r-residenti issa qed jingħataw l-għodda sabiex jagħtu s-sehem tagħhom ħalli jkollhom lokalita’ aktar nadifa. 

Is-Segretarju Parlamentari qal li matul l-aħħar tlett xhur, il-Gvern ħadem biex kull kunsill lokali jagħmel xi ftehim ma’ waħda miż-żewġ skemi awtorizzati u llum hemm 62 minn 68 kunsill lokali, li kkonkludew ftehim ta’ dan it-tip.  Hekk l-iskart li jmur għar-riċiklaġġ, minn problema qed jissarraf f’riżorsa u l-bejgħ ta’ dan l-istess skart qed ikopri l-ispejjeż tas-servizzi li qabel kienu jħallsu għalihom il-kunsilli lokali. 

Permezz ta’ dan il-ftehim, l-iskemi qed jipprovdu l-ġbir tal-borża l-griża darba jew darbtejn fil-ġimgħa, kampanji ta’ edukazzjoni fuq is-separazzjoni tal-iskart, ħafna aktar bring-in-sites u servizzi oħra mingħajr ebda ħlas mill-kunsilli lokali.  B’hekk il-kunsilli qed jiffrankaw il-flus li jistgħu jiġu utilizzati f’inizjattivi u xogħlijiet oħra fil-lokalita’ tagħhom. 

Chris Said qal ukoll li l-Gvern qed jinvesti bil-kbir fl-immaniġġjar tal-iskart.  Huwa qal li llum ghandna strateġija ċara f’dan is-settur u minn kwart ta’ miljun Euro għaxar snin ilu, llum qed jiġu vvutati 16–il miljun Euro. 

Il-Kunsill Lokali tal-Imqabba laħaq ftehim mal-kumpanija Greenpak sabiex isiru 4 bring-in-sites ġodda bl-għan li jsir aktar faċli għar-residenti li jisseparaw l-iskart.  Dawn il-bring-in-sites qed jiżdiedu ma’ bring-in-site li kien hemm diġa’ fil-lokalita’ biex issa qed jiġu koperti ż-żoni l-aktar frekwentati.   

Il-bring-in-sites jinsabu ħdejn il-grounds tal-football, l-iskola, Pjazza Ġublew tad-Djamanti, Misraħ il-Fidwa u ħdejn iċ-ċimiterju.  Dawn il-bring-in-sites ilaħħqu proporzjonalment mal-popolazzjoni tal-Imqabba.

Il-container bins fil-bring-in-sites huma attraenti u ma jkerrħux l-ambjent ta’ madwarhom.  Barra minn hekk, il-kumpanija li qed tipprovdihom hija obbligata li żżomm kemm lilhom u kif ukoll is-sit fejn jinsabu fi stat nadif u sabiħ. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow