Left arrow Go Back

L-Ambjent – Prijorità assoluta tal-Gvern

PR0558
Date Icon 29/03/2010

F’dawn l-aħħar snin, il-gvern wettaq ħidma kbira u investa flus kbar fi proġetti u inizjattivi bl-għan li jitħares u jitjieb l-ambjent. Proġetti u inizjattivi bħal dawk fil-qasam tal-iskart, tat-trasport pubbliku, ta’ afforestazzjoni, ta’ rranġar u tisbieh ta’ spazji u ġonna pubblici, ta’ restawr tal-pajsaġġi fil-kampanja, ta’ investiment f’apparat ta’ moniteraġġ tal-kwalità tal-arja, ilma u ħsejjes ambjentali, u investiment fil-ġenerazzjoni ta’ elettriku, kollha saru u qed isiru sabiex ilkoll inkunu nistgħu ngħixu f’ambjent aħjar. Dawn il-proġetti jammontaw għal investiment ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ Ewro. Dan l-investiment digà qed jagħtina kwalità ta’ ilma aħjar, sistemi aħjar ta’ trattament ta’ drenaġġ u skart u protezzjoni aktar b’saħħitha tal-biodiversità ta’ pajjizna. 

Grazzi għal dan l-investiment, il-Gvern illum jaf fejn jeżistu l-problemi. Il-Gvern jaf ukoll x’jeħtieg li jsir sabiex dawn il-problemi jiġu indirizzati u għalhekk qed ikompli jinvesti f’aktar programmi u inizjattivi sabiex jingħelbu anke dawn l-isfidi. Qed jitħejjew numru ta’ pjanijiet għal dan il-għan. Fost dawn ta’ min isemmi il-Pjan t’Azzjoni għall-Ħarsien tal-Biodiversità, il-Pjan għall-Kwalità tal-Arja, il-Pjan għall-Immaniġjar tal-Iskart fost oħrajn. Dawn il-pjanijiet ser jiġu nkorporati fil-Politika Nazzjonali tal-Ambjent.  

Il-Liġi tal-MEPA, li għaddiet mit-tieni qari mill-Parlament, ser tkompli issaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent fil-proċess ta’ ppjanar. Il-Gvern irid li l-iżvilupp f’pajjiżna jkun wieħed sostenibbli. Biex dan iseħħ l-ambjent irid jingħata prijorità.  

Il-Gvern jilqa’ l-opportunità li jitkellem fuq dawn l-inizjattivi f’kull fora inkluż fil-Parlament. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow