Left arrow Mur Lura

MEDIEVAL MDINA FESTIVAL GĦAT-TIENI DARBA

PR0557
Date Icon 29/03/2010

Għal darba oħra, l-belt medjevali tal-Imdina se terġa tiftaħ il-bibien tagħha għall-festival “Medieval Mdina, Flowers and Pageantry” li se jsir bejn l-10 u l-11 ta’ April, madwar it-toroq u l-pjazez u fil-bini storiku li nsibu f’din il-belt.  Il-festival, li jinsab fit-tieni  edizzjoni tiegħu se jittella’ mill-Kunsill Lokali tal-Imdina li bbenefika mill-iskema ta’ fondi speċjali għal attivitajiet kulturali mnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u mill-Awtorita Maltija tat-Turizmu. 

Dan il-festival jikkonsisti f’numru ta’ attivitajiet varji li jsiru tista’ tghid madwar it-toroq u l-pjazez kollha tal-Imdina.  Kull min jidħol l-Imdina matul il-ġranet ta’ dan il-festival ikollu l-opportunita’ li jmur lura fiż-żmien u għal ftit siegħat ikun jista’ jgħix diversi esperjenzi tal-ħajja medjevali li sawwret din il-belt. 

Tul dawn il-jumejn l-Imdina tiftaħ ukoll il-bibien tal-palazzi, mużewijiet, knejjes u bini storiku ieħor li hija mogħnija bih biex kulħadd ikun jista’ japprezza dan il-wirt arkitettoniku u  uniku, li jixhed l-istorja rikka ta’ pajjiżna. 

Waqt it-tnedija ta’ dan il-festival, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali, l-Onor. Chris Said qal li l-Gvern qed jappoġġja bis-sħih attivitajiet kulturali bħal dawn, għax huma attivitajiet li, barra li jagħmluna konxji tal-wirt storiku u kulturali li għandna, jagħtu valur miżjud lil Malta u jsaħħu l-potenzjal tal-pajjiż bħala destinazzjoni turistika.  Huwa qal li s-sena l-oħra kien hemm 36 kunsill lokali li pparteċipaw fl-iskema ta’ fondi speċjali għal attivitajiet kulturali.  Din l-iskema tant kienet suċċess li din is-sena l-parteċipazzjoni telgħet għal 54 kunsill lokali. 

Chris Said qal li l-kultura u l-identita’ tagħna huma r-riżultat ta’ fużjoni ta’ kulturi ta’ diversi popli li fi żminijiet differenti ħakmu u għexu fuq dawn il-gżejjer.  Huwa kompla li l-kunsill lokali tal-Imdina kien imnebbaħ minn dan għaliex il-festival jiġbor fih esponenti minn pajjiżi differenti li se jdewwqu lil dawk li jżuru l-Imdina ftit togħma ta’ kultura u storja minn madwar l-Ewropa. 

Fost dawn insibu mużiċisti medjevali Sqallin, Sbandieratori mill-Italja, atturi lebsin ta’ kavallieri mir-Renju Unit u fire dancer minn Iżrael. Dawn se jitħalltu ma’ diversi attivitajiet oħra b’laqta’ Maltija bħal re-enactments ta’ xeni medjevali, rakkonti u attivitajiet għat-tfal, falkunerija, esibizzjonijiet ta’ fjuri, tisjir, gruppi folkloristiċi, suq medjevali, taħdidiet minn storiċi Maltin u ħafna oħrajn. 

Chris Said qal li l-kunsill lokali tal-Imdina huwa l-iżgħar wieħed f’Malta u Għawdex iżda fl-istess ħin huwa responsabbli minn waħda mill-gawhriet li jżejjnu pajjiżna.  Huwa ħeġġeġ lil kunsill lokali biex ikompli jqajjem lil din il-belt li għandha ħafna teżori moħbija li m’humiex biss wirt tagħna iżda wirt dinji.  

F’ambitu ta’ sostenibilita’ u mingħajr ma nitilfu il-karatteristiċi tal-Imdina, il-potenzjal ta’ dawn l-attrazzjonijiet għandu jiġi massimmizzat kemm mil-lat turistiku u kif ukoll minn dak ekonomiku 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow