Left arrow Mur Lura

Xogħlijiet ta’ Toroq f’Marsalforn

PR0551
Date Icon 29/03/2010

Il-kunsill lokali taż-Żebbuġ Għawdex qed iwettaq xogħol estensiv fuq numru ta’ toroq fil-lokalita’ ta’ Marsalforn.  Dan ix-xogħol qed isir matul dawn il-ġimgħat sabiex kollox ikun lest għall-festi tal-Għid meta Għawdex jilqa’ fih għadd kbir ta’ viżitaturi sabiex iqattgħu ftit jiem ta’ vakanza f’din il-Gżira. Wara li kienet diġa ngħatat l-ewwel kisja tarmak fuq dawn it-toroq, issa qed issir it-tieni kisja biex it-toroq ikunu lesti minn kollox. 

Ix-xogħol li qed iwettaq il-kunsill lokali qed isir bl-għajnuna sħiħa tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz ta’ fondi mogħtija lill-kunsill lokali taż-Żebbuġ minn waħda mill-iskemi tal-2009. 

Ix-xogħol qed isir fuq Triq il-Wied, Triq Santa Maria, Triq il-Forn, Triq Barda u Triq Qbajjar.  B’kollox se jkunu qed isiru madwar 1.2 km ta’ toroq bi spiża totali ta’ kważi €177,000. 

Waqt żjara li għamel fuq il-lant tax-xogħljiet, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Pubblika, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said ra l-ħidma li qed titwettaq fid-diversi toroq li qed isir ix-xogħol fuqhom.  Is-Sindku taż-Zebbuġ Charles Saliba u l-perit tal-kunsill lokali, Edward Scerri taw dettalji dwar it-toroq li qed isir ix-xogħol fuqhom. 

Chris Said qal li l-Gvern jagħraf l-importanza ta’ dan u ghal din is-sena l-allokazzjoni diretta biex il-kunsilli lokali jwettqu xogħlijiet fuq toroq, se titla’ għal 5.2 miljun Euro. Dawn  il-fondi se jkunu ringfenced sabiex ikun aċċertat li fil-fatt jintefqu fuq it-toroq.  Permezz ta’ dan il-fond huwa stmat li matul l-2010 isiru madwar 170 triq residenzjali madwar Malta u Għawdex. 

Biex ikompli jinċentiva lill-kunsilli lokali jwettqu xogħlijiet fuq toroq residenzjali, l-Gvern emenda l-liġi tal-kunsilli lokali u ntroduċa fond ta’ miljun Euro li se jgħin lill-kunsilli jidħlu f’public private partnerships ma’ kuntratturi privati.  Permezz ta’ dawn il-public private partnerships,  il-kuntratturi privati mhux biss iwettqu xogħlijiet fuq toroq residenzjali, iżda jibqgħu responsabbli għall-manutenzjoni tagħhom għal għaxar snin. 

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li huwa maħsub li permezz ta’ dan il-fond, il-kunsilli se jwettqu bejn €8 miljun u €10 miljun f’xogħlijiet fuq toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet ma jinkludux dak ix-xogħol li se jsir permezz tal-fondi allokati direttament, jiġifieri €5.2 miljun  ghall-2010. 

Minbarra l-proġett tat-toroq il-kunsill lokali taż-Żebbuġ wettaq ukoll proġett ta’ stallazzjoni ta’ dawl tat-toroq energy saving f’numru ta’ toroq f’Marsalforn.  Dan il-proġett ġie finanzjat mill-fondi speċjali tal-UIF (Urban Improvement Fund).

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow