IL-PRESIDENT GEORGE ABELA ITEMM IŻ-ŻJARA UFFIĊJALI F’Ħ’ATTARD
“Fid-diversita’ tal-komunita’ ta’ Ħ’Attard, li jilqa’ fih mhux biss nies mir-raħal iżda oħrajn li ġew minn bosta irħula maltin, xorta tinħass identita’ qawwija.”- Dan qalu l-President Geroge Abela meta temm iż-żjara uffiċjali f’Attard.
Il-President u s-Sinjura Abela akkumpanjati mill-Aġent Sindku Stefan Cordina dalgħodu attendew il-quddies tal-Ħadd filgħodu fil-parroċċa u wara iltaqgħu mar-residenti fuq iz-zuntier. Hawnhekk għall-ewwel darba minn meta il-Preident ta’ Malta beda ż-żjarat fil-lokalitajiet tqassmu bookmarks li jfakkru din iż-żjara u li fiha kien hemm il-messaġġ: “Meta l-gentiure jrabbu l-ulied, mhux biss inkunu qed irabbu l-ulied imma fill-fatt ikunu qed irabbu nazzjon” kwotazzjoni minn diskors tal-President li għamel fis-6 ta’ Ottubru 2009 waqt id-Doha Colloqium – Strengthening Marriage and Family.
Meta indirizza lil-membri tal-kunsill lokali ta’ Ħ’Attard il-President ferħilhom għall-ħidma ħabrieka u awguralhom għall-proġetti li għandhom ippjanati għal futur. B’referenza għall-laqgħa li kellu nhar it-tlieta meta ltaqa’ ma rappreżentanti tal-għaqdiet volontarji fir-raħalu wera’ l-pjaċir tiegħu li jara tant xogħol volontarju f’oqsma varji - reliġjużi, filantropiċi, sportivi, ċiviċi - f’idejn madwar ħamsin għaqda minkejja li Ħ’Attard huwa post relattivament ċkejken. Il-President Abela ħeġġeġ sabiex in-nies tal-lokal jagħmlu użu mill-ġonna ta’ San Anton li jinsabu fil-konfini tar-raħal u li huwa ġawra li għandu jitgawda minn kullħadd. Il-President Abela ħa ukoll l-okkażjoni sabiex juri s-solidarjeta’ tiegħu mas-Sindku Norbert Pace u l-familja tiegħu li jinsab indispost minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
Il-President żar ukoll il-każin tas-Soċjeta Mużikali La Stella Levantina u dak ta’ La Soċjeta Filarmonika Banda Santa Marija kif ukoll iltaqa’ maċ-ċkejknin ta Attard Football Club Nursery waqt it-taħriġ tagħhom.
Fi program separat, is-Sinjura Abela segwit wirja ta’ xogħol tal-idejn tal-Ladies Cultural Club li ittellgħet fiċ-ċentru parrokjali ta’ Ħ’Attard u żaret ir-residenti tad-Dar Santa Katerina immexxija mis-sorijiet kif ukoll iltaqgħet mal-35th Attard Girl Guides.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990