Celebrat Jum il-Belt
Ic-celebrazzjonijiet ta' Jum il-Belt ghalqu ġimgħa ta’ attivitajiet kulturali u ta’ divertiment għall-familja, organizzati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Waqt ċ-ċerimonja li kienet tinkludi l-għoti ta' Ġieh il-Belt is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsumatur, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said qal li l-Belt Valletta ġiet mogħtija it-titolu ta’ UNESCO World Heritage Site għaliex hija mużew fil-miftuh fejn wieħed jista' jesperjenza l-arkitettura barokka u l-wirt uniku li ħallewlna il-kavalieri madwar ħames sekli ilu.
Dr. Said qal kif permezz tal-investiment li qiegħed isir fiha, il-Belt qed tara qawmien u qed issir belt aktar hajja. Hu żied jgħid li l-Gvern u l-Kunsill Lokali, flimkien mal-imsieħba soċjali u partijiet ohra interessati qed jahdmu biex ikompli jaghmlu l-belt kapitali wahda aktar mimlija attivita u qed jinholqu attivitajiet bħan- Notte Bianca u Citta Magica - li huma festi ta’ muzika, arti, kukltura, teatru u tradizzjonijiet. Chris Said semma d-diversi progetti li saru u li ghaddejin bhalissa fil-Belt bhal Pjazza San Gorg, ir-restawr ta' bini storiku, pavimentar ta' toroq u r-rigenerazzjoni ta' Bieb il-Belt li se jibda dalwaqt.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said semma l-isforzi tal-Kunsill Lokali li ukoll qed jaghmel hafna xoghol biex l-esperjenza tal-Belt Valletta tkun wahda pozittiva ghal kull min izurha u biex din il-Belt tkompli tikber bhala attrazzjoni u tkun il-vetrina tal-kultura u l-identita taghna l-Maltin. Din is-sena l-unur Gieh il-Belt inghata lis-Sur Pawlu Curmi li barra li huwa muzicista tajjeb, huwa sinonimu mal-karnival fil-Belt u f'Malta. Pawlu beda jahdem fil-karnival minn eta zghira hafna u llum tista' tghid li l-bicca l-kbira tad-dilettanti tal-karnival f'Malta hadu s-sengha taghhom minghandu. Ix-xoghol ta' Pawlu fil-qasam tal-karnival kien gie rikonoxxut ukoll bl-ghoti ta' Gieh ir-Repubblika. Pawlu Curmi gie pprezentat b'Gieh il-Belt mis-Segretarju Parlamentari Chris Said.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990