Left arrow Go Back

Motociklisti Taljani u Maltin f’Ghawdex

PR0545
Date Icon 27/03/2010

Erbgħin motoċiklist Taljani u Sqallin ingħaqdu ma’ dilettanti oħra Maltin, membri tal-Historic Motorcycle Club – Malta biex jieħdu sehem fit-tieni International Classic Motorcycle Weekend organizzat mill-Klabb Malti. Is-sewwieqa Taljani ġabu magħhom muturi antiki li jinkludi wħud rinomati fosthom BMW, MV Agusta, Moto Guzzi flimkien ma’ oħrajn. Dawn it-tip ta’ muturi antiki huma xi ftit jew wisq rari lokalment minħabba li aktar insibu muturi antiki ta’ ditti Ingliżi bħal ma huma BSA, Triumph u Norton.

L-ewwel tappa ta’ l-attivita organizzata matul tmiem il-ġimgħa kienet il-gżira ta’ Għawdex. Il-grupp ta’ sewwieqa wasal l-Imġarr Għawdex u mexa ma’ rotta li wasslithom san-naħa l-oħra tal-gżira fil-ponta tad-Dwejra. Fost inħawi oħra huma żaru s-siti storiċi tal-Ġgantija u ċ-Ċittadella.

Waqt iż-żjara tagħhom f’Għawdex il-motoċiklisti kellhom laqgħa qasira ma’ l-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Il-Ministru tat merħba lis-sewwieqa barranin filwat li faħħret l-inizjattiva tal-Club Malti. Hija fissret kif avvenimenti ta’ din in-natura jagħtu wkoll spunt għall-promozzjoni tal-gżejjer tagħna mad-dilettanti li jiġu qabel xejn biex jipprattikaw id-delizzju tagħhom. Spjegat kif il-Ministeru għal Għawdex jappoġġja u jsostni attivitajiet bħal dawn għaliex iservu wkoll biex jesponu karatteristiċi uniċi tal-gżira ta’ Għawdex. Il-Ministru Giovanna Debono awgurat li l-esperjenza tal-grupp ta’ sewwieqa f’Għawdex tagħtihom ukoll opportunità biex isiru jafu aktar dwar il-wirt storiku u l-attrazzjonijiet tal-gżira ta’ Għawdex biex b’hekk jitħajru jiġu għal mawra itwal flimkien ma’ oħrajn.   

L-attivitajiet fit-tieni International Classic Motorcycle Weekend mistennija jkomplu l-Ħadd f’Malta fejn il-grupp ta’ sewwieqa wkoll mistenni jgħaddi minn toroq ewlenin u jżur għadd ta’ bliet u rħula flimkien ma’ siti ta’ interess kulturali u storiku. Din hi attività ewlenija għal Historic Motorcylce Club – Malta  li filwaqt li jaqsmu esperjenzi ma’ dilettanti ta’ muturi antiki barranin, qegħdin ukoll jikkontribwixxu fil-promozzjoni turistika tal-gżejjer tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow