TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA BENEDITTU XVI F’MALTA
BANDS, KANTANTI U ZEFFIENA LI SE JIEHDU SEHEM FIL-LAQGHA TAL-PAPA BENEDITTU XVI MAZ-ZGHAZAGH
Bhala parti mill-attivitajiet li se jkunu organizzati waqt iz-zjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, se jkun hemm celebrazzjoni ghaz-zghazagh fil-Valletta Waterfront nhar il-Hadd 18 ta’ April 2010. Il-kuncert bis-sehem ta’ bands Kristjani, kantanti u zeffiena se jibda ghall-habta tas-saghtejn u jsir qabel u wara l-wasla tal-Papa fil-Valletta Waterfront.
Tmintax-il band issottomettew l-applikazzjoni taghhom lill-Kummissjoni Djocesana Zghazagh (KDZ) sabiex jippartecipaw f’dan il-kuncert. Kien hemm ukoll tmien sottomissjonijiet ta’ applikazzjoni minghand kantanti u zeffiena li xtaqu jiehdu sehem f’dan il-kuncert.
Nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, saret sezzjoni ta’ evalwazzjoni tal-bands fil-Pastoral Liturgical Youth Group (PLYG) Hal-Qormi fejn il-bands intalbu jdoqqu muzika mir-repertorju taghhom quddiem gurija ndipendenti maghmula minn tliet membri. Il-gurija kklassifikaw il-bands skond kriterji li gew stabbiliti ghall-kuncert bhal dan. Il-membri tal-gurija kienu kuntenti hafna bil-kwalità u professjonalità tal-bands izda dan ghamel l-ghazla izjed difficli.
Il-gruppi li ntghazlu huma: (fl-ordni ta’ kif se jippartecipaw)
· Y4J Band
· Heartbeat
· Footprints
· Mixja Neokatekumenali
· Salt
· Animae Gospel Choir
· Rise
· His Project
· Symphonik Choir
· Cedar House
Il-kantanti u zeffiena huma: (fl-ordni ta’ kif se jippartecipaw)
· Y4J Dance Team
· Fr. Karm Debattista
· Maranatha Dance Team
· Eleanor Cassar
· Incite Motion School of Dance
· Carlos Vella
Flimkien ma’ dawn il-bands, kantanti u zeffiena, il-band mistiedna huma l-Winter Moods. Dawn intghazlu wara diskussjoni f’diversi gruppi taz-zghazagh li attendew sezzjonijiet ta’ laqghat ta’ preparazzjoni u konsultazzjoni bhala parti mit-thejjijiet ghall-migja tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.
Il-Kummissjoni Djocesana Zghazagh (KDZ) qed tilqa’ registrazzjonijiet minn żgħażagħ bejn it-13 u l-35 sena li jixtiequ jattendu l-laqgħa taż-żgħażagħ mal-Papa nhar il-Hadd 18 ta’ April fil-Valletta Waterfront. Dawk interessati huma msejħa jirregistraw fis-sit elettroniku www.popemalta.org
IS-SEHEM TAS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT FL-ORGANIZAZZJONI TAL-LAQGĦA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ MAL- PAPA BENEDITTU XVI FIT-18 T’APRIL
Is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport taht it-tmexxija tal-Onor. Clyde Puli ihares b’mod pozittiv lejn kull inizjattiva li tghaqqad liz-zghazagh flimkien.
Kemm-il darba ahna organizzajna attivitajiet u hdimna fuq progetti ghaz-zghazagh fejn l-ghanijiet ikunu li z-zghazagh jaqsmu l-esperjenzi taghhom ma’ xulxin u jitghallmu certu hiliet li mhux bilfors jistghu jinkisbu mill-edukazzjoni formali. Ezempju ta’ dan huma l-Kunsilli Lokali taz-Zghazagh. Ahna nemmnu li z-zghazagh ghandhom ikunu partecipi fis-socjetà permezz tal-kreattività u l-innovazzjoni taghhom. Iz-zghazagh mhumiex biss il-futur taghna lkoll imma huma wkoll il-prezent. Meta tisma’ liz-zghazagh, tinduna kemm ghandhom x’joffru lis-socjetà ta’ llum u mhux biss ta’ ghada. Dawn il-principji huma mhaddna wkoll fil-Politika Nazzjonali taz-Zghazagh li ghadna kemm nedejna.
Meta sirna nafu kif il-Kummissjoni Djocesana Zghazagh kienet qeghda thejji ghall-attività ta’ dan il-kobor mill-ewwel laqatna l-mod kif qed tlaqqa’ liz-zghazagh sabiex tisma’ l-ideat taghhom kif ukoll l-impenn biex iz-zghazagh ikunu l-protagonisti ta’ din ic-celebrazzjoni. L-esperjenzi tal-passat ghallmuna li meta z-zghazagh ikunu nvoluti sa mill-bidu nett fl-organizazzjoni ta’ attività, din ma tibqax biss attività tal-organizzaturi, imma ssir attività taz-zghazagh infushom.
Il-beneficcji ta’ dan huma kbar hafna. Ahna nappoggjaw bis-shih kull attività li tittella miz-zghazagh ghaz-zghazagh. L-involviment taz-zghazagh b’mod attiv f’kull aspett tas-socjetà huwa l-ideal li nixtiequ nippromwovu.
Fil-passat kellna diversi okkazjonijiet meta s-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport avvicina lill-Kummissjoni Djocesana Zghazagh biex jinghaqdu maghna fl-organizazzjoni ta’ attivitajiet ghaz-zghazagh fuq skala nazzjonali. L-ahhar ezempju kienet il-Gimgha Nazzjonali taz-Zghazagh. Din id-darba kienet il-Kummissjoni Djocesana Zghazagh li stiednet lis-Segretarjat sabiex ninghaqdu maghhom fl-organizazzjoni ta’ din l-attività. Din l-istedina mill-ewwel giet accettata u mill-ewwel laqghat tal-kumitat organizzattiv kien hemm is-sehem attiv tas-Segretarjat.
Fl-ewwel laqghat tal-kumitat organizzattiv gew diskussi l-bzonnijiet tal-organizzazzjoni kif ukoll il-hiliet ta’ kull membru. Kien hawnhekk li gie deciz li s-Segretarjat jiehu hsieb il-promozzjoni ta’ din l-attività. Meta ddiskutejna l-istrategija li se nuzaw biex nilhqu liz-zghazagh gie deciz li ghandna nippromwovu l-attività l-ewwelnett permezz tal-internet. Minhabba li r-registrazzjoni taz-zghazagh biex jattendu l-attività qeghdin isiru permezz tal-internet hdimna sabiex il-banners ta’ din l-attività jkunu prezenti fis-siti ewlenin minn diversi gimghat ilu.
Sa llum ghandna madwar ghoxrin sit li qeghdin jippromwovu din l-attività permezz tal-banner u link dirett ghar-registrazzjoni taz-zghazagh. Ikkuntattjajna wkoll l-iskejjel sekondarji, post sekondarji u l-Università li tawna appogg kbir biex jippromwovu dan l-avveniment mal-istudenti. Diversi skejjel ghamlu promozzjoni fl-assembly kif ukoll permezz ta’ e-mails lill-istudenti. Numru ta’ skejjel inkludew ukoll poster u artikli tal-attività fil-publikazzjonijiet taghhom.
Hdimna wkoll ma’ diversi kunsilli lokali f’Malta u Ghawdex fejn kellna numru ta’ kunsilli lokali li ghamlu promozzjoni permezz ta’ tqassim ta’ flyers bieb bieb. Kunsilli ohra offrew li jirregistraw huma stess zghazagh mil-lokalità taghhom.
Ohrajn qed joffru transport b’xejn ghaz-zghazagh li se jattendu din l-attività. Xtaqna wkoll nilhqu z-zghazagh fuq il-post tax-xoghol u dan ghamilnieh permezz ta’ ghajnuna minn diversi unions li minbarra l-promozzjoni fis-siti taghhom, inkludew ukoll din l-attività fil-publikazzjonijiet taghhom li jitqassmu lill-membri kollha.
Rajna wkoll l-importanza tat-television fejn kellna u se jkollna diversi stediniet ghall-intervisti fi programmi ewlenin. Fejn dan ma’ kienx possibli minhabba n-natura tal-programm, numru ta’ prezentaturi qeghdin jaghmlu appelli liz-zghazagh biex jattendu ghall-attività. Hdimna wkoll ma’ diversi stazzjonijiet tat-television fuq features li se jidhru fil-jiem li gejjin. Promozzjoni fir-radju ma naqsitx u filwaqt li ghandna riklami ghaddejjin f’diversi stazzjonijiet tar-radju, kienu diversi l-intervisti li kellna u ghad ghandna fi programmi tar-radju. Qed ikun hemm ukoll diversi appelli liz-zghazagh minn prezentaturi tar-radju. Tista’ tghid li kull gimgha sa minn diversi gimghat ilu kellna prezenza kostanti f’diversi gazzetti lokali permezz ta’ artikli li hejjejna u rappurtagg ta’ diversi attivitajiet bi preparazzjoni ghal din l-attività.
Dan jistà jitqies bhala ezempju ta’ kif is-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh u Sport u organizazzjonijiet bhal Kummissjoni Djocesana Zghazagh jistghu jahdmu flimkien ghal ghan wiehed li hu dak li jghaqqdu liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin u joffru attività mtella’ minn zghazagh ghal zghazagh.
Hu wkoll ezempju ta’ kif nistghu nutilizzaw bl-ahjar mod il-hiliet kif ukoll l-esperjenzi diversi li ghandna fil-qasam taz-zghazagh. Dan jawgura tajjeb ghall-kollaborazzjoni fil-futur bejn is-Segretarjat u organizazzjonijiet li jahdmu maz-zghazagh.
Minn hawn nirringrazzja l-ewwelnett lill-Kummissjoni Djocesana Zghazagh ghall-istedina sabiex ninghaqdu maghhom fl-organizazzjoni kif ukoll ghall-fiducja li wrew fina. Ringrazzjament misthoqq imur ghall-organizazzjonijiet, kumpaniji u individwi li laqghu l-appelli taghna sabiex jippromwovu din l-attivita’.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990