Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CLYDE PULI JINDIRIZZA LAQGĦA TAL-MINISTRIEWROPEJ : L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI BĦALA BAZI TA’ TKABBIR TA’ L-EKONOMIJAU L-IMPIEGI

PR0536
Date Icon 26/03/2010

‘Politika li tippromwovi miżuri ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja hija neċessarja biex aktar nisa u rgiel jidħlu fid-dinja tax-xogħol.’ Dan qalu is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli, waqt li kien qed jindirizza laqgħa tal-Ministri Ewropej għall-Ugwaljanza, li qed issir f’Valencia fi Spanja. Din il-konferenza qed tittratta l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-rigward ta’ aktar tkabbir ekonomiku u aktar impiegi.

Din il-laqgħa qed issir fl-isfond tat-tfassil tal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea, l-Ewropa 2020, li qed issegwi l-istrateġija ta’ Lisbona. L-għan ewlieni ta’ din l-istrateġija se jkun proprju t-tkabbir sostennibli tal-ekonomija.

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli saħaq li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fid-dinja tax-xogħol, b’diversi modi, hija necessarja biex nutilizzaw il-potenzjal sħiħ tan-nies li kapaċi u jridu jaħdmu.

Clyde Puli qal li l-Gvern Malti fl-aħħar snin ħa numru ta’ miżuri biex ikun hemm aktar inklużjoni fid-dinja tax-xogħol. Fost oħrajn semma kif fl-aħħar snin il-Gvern introduċa arranġamenti flessibli, tele-working kif ukoll l-għażla li taħdem inqas siegħat fil-waqt li tibqa’ żżomm l-impjieg full time.

Clyde Puli semma wkoll kif il-Gvern introduċa ċentri ta’ ħarsien għat-tfal kif ukoll benefiċċji fiskali bħal sena eżenzjoni mit-taxxa għal ommijiet li jirritornaw lura fid-dinja tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli kien akkumpanjat mill-Kap Ezekuttiv tal-Kummisjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, Ms Therese Bugeja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow