Left arrow Go Back

l-vot tal-Parlament Ewropew dwar in-nomini ta’ Membri fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri

PR0532
Date Icon 25/03/2010

LOUIS GALEA SODISFATT BIR-RIŻULTAT U JIRRINGRAZZJA

L-iSpeaker Louis Galea laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li dalgħodu l-Parlament Ewropew (PE) ivvota b’553 vot favur in-nomina tiegħu mill-Gvern, bħala l-membru Malti fuq il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA). Issa jonqos li f’April il-Kunsill tal-Ministri, jaħtar b’mod formali l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Louis Galea fisser li ma setgħax ikollu vot daqshekk qawwi favur in-nomina tiegħu kieku ma vvutawx favor, il-biċċa l-kbira tal-gruppi politiċi rappreżentati fil-PE, b’mod partikolari l-vot favur tal-akbar żewġ gruppi, jiġifieri, il-Partit Popolari Ewropew u l-Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.

Louis Galea jirringrazzja mill-qalb u pubblikament lill-Ewro-Parlamentari Simon Busuttil u Louis Grech, kapijiet tal-gruppi Maltin fil-Parlament Ewropew, li flimkien mal-MPE David Casa, John Attard Montalto u Edward Scicluna,  taw l-appoġġ kostanti u fil-miftuħ tagħhom favur in-nomina tiegħu, speċjalment fil-gruppi rispettivi tagħhom.

Louis Galea fisser l-apprezzament tiegħu għall-appoġġ espress lill-Alternattiva Demokratika permezz taċ-Chairman tagħha s-Sur Michael Briguglio.

Louis Galea jirringrazzja b’mod partikolari lil Prof. Josef Bonnici, l-ewwel Membru Malti tal-QEA, li hekk kif sar jaf bin-nomina, offra l-għajnuna u l-appoġġ kollu biex Dr Galea jikseb l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-Qorti, ħaġa li serviet ta’ għajnuna sostanzjali waqt is-smigħ quddiem il-Kumitat tal-Kontroll tal-Budget tal-PE.

Louis Galea jirringrazzja ħafna lill-Ambaxxatur Richard Cachia Caruana, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea,  tal-appoġġ u s-servizz utli li estendielu tul il-proċess tas-smigħ quddiem il-PE.

Louis Galea japprezza wkoll l-għajnuna tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur f’Malta li għinuh bil-briefings u bid-dokumentazzjoni meħtieġa.

Louis Galea jirringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li mhux biss appoġġja n-nomina pubblikament imma anke ħeġġeġ lill-Grupp Soċjalista fil-PE biex jappoġġja n-nomina tal-kandidat Malti.

Fl-aħħarnett, iżda mhux l-anqas, Louis Galea jirringrazzja lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, li b’ġest ieħor ta’ fiduċja ppropona n-nomina tiegħu, u lill-Kabinett u l-Grupp Parlamentari tal-PN li appoġġjaha.

Louis Galea japprezza l-messaġġi ta’ awguri u ferħ li rċieva minn kwantità kbira ta’ ċittadini u ħbieb.

“Irrid nassigura lil kulħadd li ser nagħmel ħilti kollha biex inżomm isem Malta u l-Maltin fl-ogħla post billi naqdi dmirijieti bl-aktar mod professjonali u integru. Beħsiebni wkoll nibqa’ nsegwi mill-qrib ferm dak kollu li jkun qed iseħħ f’Malta u ser nibqa’ viċin il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.”

Fil-ġranet li ġejjin Louis Galea ser jitkellem mal-Prim Ministru u mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jittieħdu l-passi meħtieġa għal elezzjoni mill-Parlament ta’ Speaker ġdid u biex ikun hemm transizzjoni bla ebda skossi fl-Uffiċċju tal-iSpeaker.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow