STQARRIJA MILL-MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA DR JOE CASSARFUQ IĊ-ĊENTRU TA’ L-ONKOLIĠIJA.
Waħda mill-miri ewlenin ta’ dan il-Gvern fil-qasam tas-saħħa hija li tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer.
Iċ-Ċentru tal-Onkoloġija ġdid ġewwa l-Isptar Mater Dei se joffri qabża fil-kwalita’ tal-kura li tingħata lil dawk li jbatu minn din il-marda fil-forom kollha tagħha. Se jkun ċentru li joffri aktar servizzi u se jilqa’ għall-ħtiġjiet li hu previst li l-pajjiż se jkollu fil-futur b’rabta ma’ din il-marda. Il-kelliema tal-Oppożżizjoni jafu biżżejjed li l-Isptar Boffa irid ikompli jilqa’ l-pazjenti u jservi l-funzjonijiet kollha ta’ sptar nazzjonali tal-onkoloġija u tad-dermatoloġija sakemm jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija fl-Isptar Mater Dei. Il-bunker li se jinbena ġewwa l-Isptar Boffa se jkun fih waħda mill-linear accelerators il-ġodda li se tiġi stallata ġewwa dan l-isptar. It-tender għal bini ta’ dan il-bunker kif wkoll għax-xiri ta’ linear accelerators ġodda ġiet ippublikata fit-2007. Għalhekk din id-deċiżjoni mhux talli mhix frott ta’ nuqqas ta’ ippjanar u inkompetenza kif qed jallegaw il-kelliema tal-Oppożżizjoni, iżda hija xempju ċar ta’ ppjanar serju u fit-tul. Il-linear accelerator li se tiġi stallata ġewwa l-isptar Boffa kif wkoll l-apparat kollu, se jiġi trasferit ġewwa ċ-ċentru tal-onkoloġija ġdid hekk kif dan jitlesta.
L-istqarrija li ħarget l-Oppożizzjoni tkompli tikkomferma kemm hi fqira u diżonesta fil-kritika tagħha. Huwa ta’ għajb li l-Oppożizzjoni reġghet ipprovat tinqeda bil-marda tal-kanċer sabiex tittanta tieħu vantaġġ politiku. Jidher ċar li l-oppożizzjoni qed tipprova tfixkel anki l-investiment li qed isir fil-kura tal-kanċer.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990