Left arrow Mur Lura

PROGRAMM TA' ATTIVITAJIET FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' JUM IL-ĦELSIEN NHAR  IL-ERBGĦA 31 TA’ MARZU, 2010

PR0524
Date Icon 25/03/2010

Il-Kumitat Festi Nazzjonali  iħabbar dawn l-attivitajiet biex jitfakkar "Jum il-Ħelsien" nhar il-Erbgħa, 31 ta' Marzu, 2010. 

ĊERIMONJA KOMMEMORATTIVA 

09.30 a.m.        Il-Banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja ta' l-Unur tifforma fi Pjazza Gavino Gulia, Bormla.  

09.35 a.m.        Jibda marċ minn Pjazza Gavino Gulia, li jgħaddi via ix-Xatt ta' Bormla, Triq Santa Tereża u Triq San Lawrenz, Birgu sa quddiem il-Monument tal-Ħelsien, Birgu. 

09.48 a.m.         Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati 

09.51 a.m.         Wasla tal-Prim Ministru 

09.55 a.m.         Wasla tal-E.T. il-President ta' Malta 

                        L-E.T. il-President ta' Malta jispezzjoni l-Gwardja ta' l-Unur 

                       L-E.T. il-President ta' Malta u l-Prim Ministru jqiegħdu bukketti fuq il-Monument. Tindaqq il-Fanfara u jsir it-tqegħid tal-bukketti.  

                        Jindaqq l-Innu Nazzjonali             

REGATTA 

1.30 p.m.          Regatta Tradizzjonali fil-Port il-Kbir orġanizzata mill-Kunsill Malti għall-Isports.  Ikun hemm tiġrijiet tad-Dgħajjes A tal-Midalji - Frejgatini - Dgħajjes C tal-Pass - Kajjikki - Dgħajjes B tal-Pass fil-Kategoriji Open u dik Reserves. Wara kull tiġrija ssir il-preżentazzjoni tat-tazzi u l-palji tat-tiġrija partikolari lill-ewwel tlett opri klassifikati.  Wara li jispiċċaw it-tiġrijiet kollha ssir preżentazzjoni tax- "Shield" lill-klabb li jikseb l-akbar għadd ta' punti fit-tiġrijiet tal-Kategorija 'Open' u oħra fil-Kategorija reserves.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow