Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT ABELA JIBDA Ż-ŻJARA TIEGĦU F’Ħ’ATTARD – JILTAQA’ MAL-GĦAQDIET VOLONTARJI

PR0518
Date Icon 24/03/2010

“Il-ħidma tal-għaqdiet volontarji fir-raħal tħalli l-ġid mhux biss fil-lokalita’ li tħaddanhom imma fil-pajjiż kollu.” – Dan qalu l-President George Abela meta t-Tlieta filgħaxija iltaqa’ ma numru kbir ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet volontarji f’Ħ’Attard biex b’hekk ta bidu għaż-żjara uffiċjali fil-lokalita’. Il-President Abela kien akkumpanjat mill-Aġent Sindku is-Sur Stefan Cordina.

Fi tmiem il-laqgħa l-President Abela esprima l-pjaċir tiegħu jisma’ dwar il-ħidma varjata fid-diversi oqsma ta’ din il-komunità. Filwaqt li rringrazzjahom talli għoġobhom jattendu għal din il-laqgħa wera s-solidarjeta’ tiegħu mas-Sindku Norbert Pace u l-familja tiegħu, li kien indispost u jinsab rikoverat l-isptar.

Il-President George Abela qal li għandna ngħożżu l-valur tal-volontarjat, valur li jinvolvi l-ħin personali tal-individwu għall-ġid komuni. Il-President fakkar ukoll li l-ġnien pubbliku ta’ San Anton li jinsab fil-Palazz ta’ San Anton, li fih qed jgħix, flimkien mas-Sinjura Abela, huwa ġawhra fir-raħal ta’ Ħ’Attard li għandu jitgawda minn kulħadd. Ħeġġeġ lir-residenti tar-raħal sabiex jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-ġnien li huwa post ideali għar-rikrejazzjoni għat-tfal, anzjani u familji. L-għaqdiet volontarji għandhom jaħdmu id f’id mall-Malta Community Chest Fund peress li jkollhom ħafna kuntatti man-nies tal-lokal u għalhekk, flimkien mal-Kunsill Lokali jistgħu ikunu strumentali sabiex dawk fil-bżonn javviċinaw il-Fond li l-għan tiegħu huwa li jtejjeb il-ħajja ta’ dawk li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet f’ħajjithom.

Fit-tmiem id-diskors tiegħu l-President Abela qal li il-ħidma fil-lokalita’ hija d-dover tagħna lkoll sabiex nipproteġu l-identita’ tagħna li hija bbażata fuq t-twemmin nisrani li huwa t-timbru tas-soċjeta’ Maltija.

Iż-żjara f’Ħ’Attard tintemm nhar il-Ħadd 28 ta’ Marzu meta flimkien mas-Sinjura Abela jattendi għal quddiesa tal-Ħadd filgħodu fil-parroċċa u wara jiltaqa’ mar-residenti fuq iz-zuntier.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow