Left arrow Go Back

ĦATRA TAS-SEGRETARJI EŻEKUTTIVI TAL-KUNSILLI LOKALI BĦALA UFFIĊJALI PUBBLIĊI

PR0517
Date Icon 24/03/2010

“Waħda mill-aktar bidliet importanti fit-tiġdid tal-kunsilli lokali kienet il-ħatra tas-Segretarji Eżekuttivi bħala Uffiċjali Pubbliċi.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, l-Onor. Chris Said, waqt li kien qed jindirizza seminar għas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali. Is-seminar sar fl-okkażjoni tal-ħatra tas-segretarji eżekuttivi bħala uffiċjali pubbliċi.

L-Onor. Chris Said qal li t-tiġdid tal-kunsilli lokali kellu 122 proposta li 90% tagħhom diġa’ ġew implimentati. Huwa tkellem dwar il-bidla li tinvolvi lis-Segretarji Eżekuttivi u spjega kif sal-lum dawn kienu qed jiġu magħzula mill-Kunsilli Lokali u sussegwentement kienu jkunu impjegati tal-kunsilli.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li permezz tat-tiġdid tal-kunsilli lokali, l-Gvern ried jasal għal pożizzjoni fejn is-Segretarji Eżekuttivi jkunu jistgħu jesegwixxu deċiżjonijiet leġittimi u jkunu jistgħu wkoll iwaqqfu dak li mhux leġittimu qabel ma jseħħ. Il-Gvern ried li s-Segretarji Eżekuttivi jkunu jistgħu jagħmlu dan bla biża, marbut mal-impjieg jew performance bonus tagħhom u kien ghalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li dawn isiru uffiċjali pubbliċi u jirrispondu lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.

Chris Said qal ukoll li biex tiġi aċċertata aktar trasparenza, s-Segretarji Eżekuttivi se jkunu jiffurmaw parti minn pool u se jkunu jistgħu jimxu minn kunsill għall-iehor. Apparti dan, is-Segretarji Eżekuttivi se jkunu jistgħu wkoll javanzaw fil-karriera tagħhom fis-Servizz Pubbliku.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said fakkar kif issa, għas-Segretarji Eżekuttivi japplika l-Kodiċi ta’ Etika li jinsab fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, u dan jitfa’ fuq is-Segretarji l-istess responsabiltajiet u obbligi li hemm fuq l-uffiċjali pubbliċi l-oħra.

Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll l-importanza tat-taħrig u kif is-Segretarji Eżekuttivi se jingħataw taħrig kontinwu u regolari.

Dr. Said qal li b’dan it-tibdil, il-gvern se jassigura li l-kunsilli lokali jimxu mal-liġiiet tal-pajjiż filwaqt li tiġi salvagwardata l-awtonomija tagħhom, fl-ambitu tal-liġi. Huwa għalaq billi fakkar li biex naslu għal dan, is-Segretarji Eżekuttivi għandhom rwol indispensabbli u jridu jerfgħu r-responsabbilta’ li l-ħatra l-ġdida tagħhom iġġib magħha.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, l-Assoċjazzjoni Segretarji Kunsilli Lokali Maltin, lis-Segretarju Permanenti Ewlieni u lis-Segretarji Eżekuttivi li kollha taw is-sehem tagħhom biex isseħħ din il-bidla mportanti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow