Left arrow Mur Lura

Parteċipazzjoni ta' Malta fil-Global Village - Università ta' Louvain-Le-Neuve, il-Belġju

PR0515
Date Icon 24/03/2010

L-Ambaxxata Maltija fil-Belgju ppartecipat fi "Global Village" organizzat mill-AIESEC (Belgium) fl-Université Catholique de Louvain (UCL), fil-Belġju. Din kienet l-ewwel darba għal Malta li kienet rappreżentata f'din il-fiera.  

L-avveniment seħħ, fi Place de l'Università, li hija żona pedonali fiċ-ċentru ta' Louvain. Louvain-la-Neuve għandha popolazzjoni ta' madwar 30,000 ruħ, li nofshom huma studenti universitarji. Il-Kunsillier u l-Konslu ta' l-Ambaxxata, Mrs. Annabelle Shawish Mifsud, ħadet ħsieb l-istand ta' Malta waqt din l-attivita’.  

L-għan tal-Villaġġ Globali kien li tingħata espożizzjoni akbar għall-kulturi u pajjiżi differenti. Pajjiżi oħra rappreżentati kienu jinkludu r-Rumanija, il-Polonja, l-Irlanda, Spanja, il-Belġju, l-Istati Uniti, l-Alġerija u ċ-Ċina. Dan l-avveniment annwali attendew għalih ħafna residenti ta' Louvain kif ukoll minn studenti mill-Università.  

L-istand ta’ Malta li twaqqfet mill-Ambaxxata kienet waħda mill-iktar organizzata u li offriet informazzjoni wiesa' fuq il-possibilitajiet kulturali u turistiċi offruti minn Malta u Għawdex. Persuni li żaru l-istand ta’ Malta setgħu jduqu ikel u xorb tradizzjonali Malti, kif ukoll jiksbu fuljetti dwar it-turiżmu f'Malta u t-tagħlim tal-Ingliż f'Malta.  

Il-parteċipanti kienu interessati ħafna mill-possibbiltajiet li toffri  Malta, jekk hux għall-kalma u t-trankwillita offruti minn Għawdex, il-lokazzjonijiet għad-“diving” f'Malta u Għawdex, u l-ikel tipiku u tradizzjonijiet tal-gżejjer Maltin. Ħafna mill-viżitaturi staqsew domandi dwar l-ilsien Malti, it-tagħlim tal-Ingliż, u s-servizzi disponibbli għal gruppi differenti ta’ età ta' turisti li jixtiequ jżuru Malta.  

Il-viżitaturi setghu jieħdu sehem f'lotterija għal vjaġġ lejn Malta. Il-parteċipanti kellhom iwieġbu tlett mistoqsijiet sempliċi dwar Malta.  Madwar 150 parteċipant ħadu sehem u sottomettew id-dettalji tagħhom. Ir-rebbieħ tħabbar fl-aħħar ta' l-avveniment mill-Ambaxxatur  Malti Pierre Clive Agius. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow