Parteċipazzjoni ta' Malta fil-Global Village - Università ta' Louvain-Le-Neuve, il-Belġju
L-Ambaxxata Maltija fil-Belgju ppartecipat fi "Global Village" organizzat mill-AIESEC (Belgium) fl-Université Catholique de Louvain (UCL), fil-Belġju. Din kienet l-ewwel darba għal Malta li kienet rappreżentata f'din il-fiera.
L-avveniment seħħ, fi Place de l'Università, li hija żona pedonali fiċ-ċentru ta' Louvain. Louvain-la-Neuve għandha popolazzjoni ta' madwar 30,000 ruħ, li nofshom huma studenti universitarji. Il-Kunsillier u l-Konslu ta' l-Ambaxxata, Mrs. Annabelle Shawish Mifsud, ħadet ħsieb l-istand ta' Malta waqt din l-attivita’.
L-għan tal-Villaġġ Globali kien li tingħata espożizzjoni akbar għall-kulturi u pajjiżi differenti. Pajjiżi oħra rappreżentati kienu jinkludu r-Rumanija, il-Polonja, l-Irlanda, Spanja, il-Belġju, l-Istati Uniti, l-Alġerija u ċ-Ċina. Dan l-avveniment annwali attendew għalih ħafna residenti ta' Louvain kif ukoll minn studenti mill-Università.
L-istand ta’ Malta li twaqqfet mill-Ambaxxata kienet waħda mill-iktar organizzata u li offriet informazzjoni wiesa' fuq il-possibilitajiet kulturali u turistiċi offruti minn Malta u Għawdex. Persuni li żaru l-istand ta’ Malta setgħu jduqu ikel u xorb tradizzjonali Malti, kif ukoll jiksbu fuljetti dwar it-turiżmu f'Malta u t-tagħlim tal-Ingliż f'Malta.
Il-parteċipanti kienu interessati ħafna mill-possibbiltajiet li toffri Malta, jekk hux għall-kalma u t-trankwillita offruti minn Għawdex, il-lokazzjonijiet għad-“diving” f'Malta u Għawdex, u l-ikel tipiku u tradizzjonijiet tal-gżejjer Maltin. Ħafna mill-viżitaturi staqsew domandi dwar l-ilsien Malti, it-tagħlim tal-Ingliż, u s-servizzi disponibbli għal gruppi differenti ta’ età ta' turisti li jixtiequ jżuru Malta.
Il-viżitaturi setghu jieħdu sehem f'lotterija għal vjaġġ lejn Malta. Il-parteċipanti kellhom iwieġbu tlett mistoqsijiet sempliċi dwar Malta. Madwar 150 parteċipant ħadu sehem u sottomettew id-dettalji tagħhom. Ir-rebbieħ tħabbar fl-aħħar ta' l-avveniment mill-Ambaxxatur Malti Pierre Clive Agius.
Other Press Releases:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990