Left arrow Mur Lura

L-ATTIVITA’ FIŻIKA FIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

PR0509
Date Icon 23/03/2010

Kontinwament nisimgħu ħafna dwar l-importanza tal-attivita’ fiżika kemm fuq il-mezzi tax-xandir kif ukoll tal-istampa. Sfortunatament, ir-rati tal-obesità, mard tal-qalb, dijabete u dipressjoni f’pajjiżna għadhom għoljin. 

Din id-darba ffukajna l-attenzjoni tagħna fuq iż-żgħażagħ. Skont l-aħħar survey tal-Health Behaviour in School-Aged Children (HBSC), sfortunatament, Malta tokkupa, l-ewwel post mix-xena tal-obeżità minn fost 41 pajjiż fosthom l-Amerika, b’30% tat-tfal ta’ 15-il sena jkollhom piż żejjed jew obeżità. 

Skont l-istudju ta’ The Health of Maltese University Students (2009), wieħed jew waħda minn kull tlett studenti ma jħossux li għandhom il-piż tajjeb għat-tul tagħhom. L-istess studju juri li għalkemm 90% huma konxji dwar l-importanza ta’ eżerċizzju regolari, huma qegħdin jgħidu li n-nuqqas ta’ ħin u opportunitajiet li skont huma qegħdin iżommuhom milli jagħmlu xi forma ta’ attività fiżika. 

Ta’ min jgħid li r-rakkomandazzjonijiet mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) għaż-żgħażagħ li jkollhom sa’ 18-il sena hi li jagħmlu attività fiżika fuq livell ta’ intensità moderata għall-qawwija għal mhux inqas minn siegħa kuljum. 

Iż-żgħażagħ l-iktar li jinteresshom hu l-preżent u għalhekk dawn huma xi benefiċji li żgur jinteresshom fosthom:

Ittejjeb l-istima tiegħek (self-esteem)

Tagħmel ħbieb ġodda

Ikollok piż u dehra aħjar

Issaħħaħ il-muskoli

Ittejjeb ir-relaxation

Tmur aħjar fl-istudju

U tkun iktar f’forma fiżika tajba

Illum ħareg uffiċjalment għall-ewwel darba fuljett ġdid bl-isem, ‘Dare to be Active’ li fih linji ta’ gwida għaż-żagħzagħ dwar l-attività fiżika. Dan il-fuljett  ġie sponsorjat mill-ECCO Shoes u se jitqassam b’xejn miċ-ċentri tas-Saħħa u mill-Ministeru tas- Saħħa fil-Belt. Min irid kopja jista’ ukoll iċempel lid-Dipartment għall-Promozzjoni tas- Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard fuq in-numru tat-telefon 23266000.

Normalment, ħafna żgħażagħ kif jidħlu l-MCAST, l-università jew fid-dinja tax-xogħol jieqfu milli jiprattikaw xi sport u l-aħħar li jkun għamlu xi ħaga tkun meta kellhom l-aħħar lezzjoni tal-PE.  Dan il-fuljett ġdid maħruġ mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard għandu l-ħsieb li jispjega kemm hu verament faċli li dawn iż-żgħażagħ jżommu ruħhom attivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow