Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, JNIEDI L-EMPLOYMENT AID PROGRAMME WAQT IL-FIERA GĦALL-IMPJIEGI ORGANIZZATA MILL-KORPORAZZJONI GĦAX-XOGĦOL U T-TAĦRIĠ

PR0497
Date Icon 21/03/2010

“Matul is-sena li għaddiet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ irnexxielha tgħin 2,132 żagħżugħ u żagħżugħa jsibu impjieg ġdid fil-waqt li qed tipproġetta li sas-sena 2013 tkun għinet 28,000 persuna jidħlu fid-dinja tax-xogħol.”

Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed iniedi l-Youth Employment Programme, waqt il-Fiera tal-Impjiegi organizzata mill-ETC, fl-okkażjoni ta’ Jum iż-Żgħażagħ

Is-Segretarju Parlamentari qal li s-sena li għaddejna minnha kienet sena diffiċli li bla dubju ħalliet l-effetti tagħha fuq l-ekonomija Maltija. Madankollu pajjiżna jista’ jħares ‘il quddiem b’ottimiżmu hekk kif kompla jattira aktar investiment permezz ta’ diversi inċentivi lill-industrija mill-Gvern u bis-saħħa ta’ ħaddiema dedikati, mħarrġa tajjeb.

Il-Youth Employment Programme, li tnieda llum, propju fil-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ hu programm ieħor offrut mill-ETC. Dan il-programm hu intenzjonat li jżid l-possibiltajiet ta’ żgħażagħ biex isibu xogħol fil-waqt li jgħin liż-żgħażagħ sabiex jintegraw b’mod aktar faċli fid-dinja tax-xogħol. Permezz ta’ dan il-programm iż-żgħażagħ se jkunu infurmati dwar l-opportunitajiet offruti lilhom, se jingħataw taħriġ fil-waqt li se titqajjem kuxjenza dwar id-drittijiet u d-dmirijiet li kull individwu għandu fid-dinja tax-xogħol.

Permezz ta’ skemi b’fondi mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern, l-ETC qed tistma li bejn din is-sena u s-sena 2013 se tkun qed tgħin 28,000 ruħ fil-qasam tal-impjiegi u x-xogħol. Din il-korporazzjoni qed tinvesti €27 miljun f’diversi proġetti ta’ skemi mmirati lejn dawk li qed ifittxu xogħol, żgħażagħ li għadhom kemm ħarġu mill-iskola u li ma jkollhomx esperjenza ta’ xogħol kif ukoll nies oħra li jkunu bla impjieg.

Matul is-sena li għaddiet iż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena li jirreġistraw għax-xogħol kellhom l-opportunità li jgawdu minn 130 programm ta’ taħriġ differenti offruti mill-ETC. Fil-fatt dawn il-programmi raw il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 5,000 żagħżugħ u żagħżugħa.

Fil-Fiera tal-Impjiegi li fiha qed jieħdu sehem 31 entità differenti hemm fost l-oħrajn SR Techniks, SmartCity Malta u HSBC. Preżenti flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, kien hemm ic-Chairperson tal-ETC Sandra Sludden kif ukoll Raphel Scerri, Senior Manager fi ħdan l-ETC.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

More Press Releases Right arrow