Left arrow Mur Lura

Diskors mill-Eccellenza tieghu Dott. George Abela, President Ta’ Malta Fl-okkazzjoni tal-gheluq tal-konvenzjoni tal-Maltin li jghixu barra 2010.

PR0496
Date Icon 20/03/2010

IS-SIBT 20 TA’ MARZU. IL-PALAZZ – IL-BELT

Gheziez huti Maltin li tghixu barra minn xtutna,

Inkellimkom bhala wiehed li hu wkoll ghamel xi zmien emigrat meta kien ghadu tifel.  Jiena kont emigrajt l-Awstralja mal-familja tieghi meta kont ghadni zghir u ghad ghandi memorji ta’ dan il-kontinent meraviljuz.  Naf xi jfisser thalli l-mahbub pajjizek sabiex tfittex hajja gdida barra minn Malta u nista’ nifhem id-dispjacir li dan kultant kien igib mieghu meta l-emigrazzjoni kienet issir pjuttost minhabba ragunijiet ekonomici.  Imma nifhem ukoll is-soddisfazzjon li jigi mis-success tal-emigrant li, bil-hidma tieghu, jibni hajja gdida ghalih u ghall-familja tieghu fl-art tal-emigrazzjoni.  Jiena nittama li, matul il-Presidenza tieghi, ikolli l-okkazjoni nzur komunitajiet Maltin f’xi pajjizi tal-emigrazzjoni .

Inhoss li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jixraqlu tifhir talli organizza din il-Konvenzjoni, gimgha utli hafna li ma’ tulha Maltin emigrati u ohrajn li jghixu barra minn xtutna minhabba ragunijiet ta’ impieg jew xi raguni ohra, kellhom l-opportunita’ li jiltaqghu u jiddiskutu diversi materji ta’ interess bhall-edukazzjoni, il-kultura u l-wirt nazzjonali; l-identita’ Maltija; dak li jolqot l-anzjani; u suggetti ohra bhal ma hi c-cittadinanza.

Malta ilha Stat indipendenti 45 sena biss, anqas mill-hajja medja ta’ bniedem, anqas minn tliet generazzjonijiet.  Il-Maltin, madankollu, ilhom Nazzjon hafna aktar minn hekk.  Ma’ tul is-sekli li damu taht potenzi barranin, il-Maltin qisu lilhom infushom Maltin, b’identita’ distinta minn dik ta’ min kien jiggvernahom.  Kellhom ir-religjon u l-valuri taghhom, l-uzanzi, it-tradizzjonijiet u l-folklor taghhom, u fuq kollox, il-lingwa taghhom li kienet taghzilhom minn nazzjonijiet ohra.  Tassew li l-lingwa li nitkellmu bdiet originarjament bhala djalett Gharbi , izda ma’ tul iz-zmien il-Maltin biddluha, assorbew vokabolarju u karatteristici lingwistici minn ilsna ohra u zviluppawha bil-mod taghhom.  Illum ghandna lingwa ghalina, bil-letteratura taghha u d-dinjita’ ta’ lingwa nazzjonali.

Nemmen li l-ispirtu ta’ Nazzjon Malti diga’ johrog mid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Abitanti tal-Gzejjer ta’ Malta u Ghawdex li l-mexxejja tal-Maltin ikkomponew u ressqu lill-Ingilterra f’Gunju tal-1802 u li fiha insistew fuq il-harsien tar-religjon u t-tradizzjonijet li wirtu minn missirijiethom flimkien mal-jeddijiet li jiggarantixxu s-Saltna tad-Dritt.  Izda anke qabel dan, fl-ahhar tas-seklu tmintax, il-patrijott Malti Mikiel Anton Vassalli diga’ kien iddeskriva lil Malta bhala Nazzjon u l-Malti bhala lsien nazzjonali.  Mhux ta’ b’xejn li Dun Karm gharaf fih l-ewwel hassieb li xtaq lil Malta tkun Nazzjon indipendenti u kiteb dwaru:

            … ghax habbejtha lil din l-art hanina,

            u kont ewlieni fost in-nisel taghna

            li hsibt il-jedd li nkunu gens ghalina.

Ghalkemm l-Istat huwa cirkoskritt mill-fruntieri geografici tieghu, in-Nazzjon jittraxxendi l-konfini territorjali u, ghaldaqstant, jinfirex sa fejn hemm Maltin li ghadhom jidentifikaw lilhom infushom bhala Maltin.

Dawk li emigraw l-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit jew l-Afrika ta’ Fuq u postijiet ohra, jew id-dixxendenti taghhom li whud minnhom komplew jinfirxu Franza u pajjizi ohra, jappartjenu lin-Nazzjon Malti daqs dawk li twieldu u baqghu jghixu Malta sakemm jixtiequ jibqghu jidentifikaw ruhhom bhala Maltin.  Nahseb li l-emendi ghal-ligi tac-cittadinanza li saru xi snin ilu sabiex jaghtu d-dritt ta’ cittadinanza doppja lill-emigrati u dixxendenti taghhom li jikkwalifikaw, ghenu hafna biex il-Maltin li emigraw ikomplu jhossu ruhhom Maltin.  Dan hu fattur pozittiv ghax jikkontribwixxi ghall-ghaqda tan-Nazzjon Maltija. Dan ma jfissirx li emigrat ma jintegrax sewwa bl-aktar mod shih fis-socjeta’ tal-art tal-emigrazzjoni imma li, flimkien ma’ dan, ikompli jhossu parti mir-ruh Maltija u jghozz l-art tal-origini tieghu.

Jien ghalhekk, huti Maltin, m’iniex qieghed navvoka xi nazzjonalizmu fanatiku imma dak in-nazzjonalizmu li jfisser gharfien tal-identita’ nazzjonali tal-individwu u tal-kollettivita’ u ghozza tal-wirt kulturali u storiku ta’ pajjizna. Ahna ghandna storja twila ta’ assocjazzjoni ma’ hafna nazzjonijiet li kienu jiggvernaw Malta u hadna   t-tajjeb minnhom ilkoll, bhal aspetti kulturali, lingwistika u guridika imma wkoll wirt etniku u genetiku.  Dan it-tahlit seta’ kellu xi aspetti negattivi f’xi zmien imma halla wkoll rikkezza kulturali li kollox ma’ kollox irrizultat f’Malta u l-Maltin li ahna llum.  Anzi, nista’ nghid li ahna dak li ahna llum ghax gharafna nassorbu u nintegraw il-kultura u l-uzanzi ta’ dawk in-nazzjonijiet li thallatna maghhom.

Jidhirli li huma ta’ min ifahharhom dawk l-inizjattivi fl-artijiet tal-emigrazzjoni li joffru taghlim u informazzjoni fuq il-lingwa u l-kultura taghna lill-emigrati u t-tfal taghhom.  Hu indispensabbli li l-emigrati jintegraw mal-pajjiz fejn ikunu, jitkellmu l-lingwa tieghu u jassorbu l-mod ta’ hajja tieghu.  Imma huwa wkoll xieraq li jfittxu l-gheruq li minnhom xorbu missirijiethom u jghozzu l-wirt li huwa taghhom.  Waqt il-konvenzjoni, numru ta’ kelliema esprimew l-interess kbir taghhom fil-lingwa nazzjonali taghna u taw xhieda ta’ kemm ghandhom ghal qalbhom dan il-wirt.

Inhoss li huma f’waqthom hafna l-inizjattivi mhabbra mill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xoghol u Familja, l-Onor. Dolores Cristina, meta tkellmet f’din il-Konvenzjoni.  Dawn l-inizjattivi jistghu jkunu determinanti fl-isforz li jigu meghjuna l-Maltin ta’ barra sabiex jitghallmu l-Malti u biex izommu hajjin id-drawwiet u t-tradizzjonijiet Maltin. Fost l-inizjattivi nsibu li jinghataw kull sena 5 boroz ta’ studju lill-Maltin emigrati u dixxendenti taghhom biex isegwu kors ta’ bacellerat fl-ilsien Malti, li jintbaghtu regolarment kotba Maltin fl-artijiet tal-emigrazzjoni u li tigi mghallma l-istorja tal-emigrazzjoni.  Inhoss li jkun utli wkoll it-taghlim tal-istorja ta’ Malta u tal-izviluppi kostituzzjonali li Malta ghaddiet minnu sabiex illum tkun repubblika indipendenti membru tal-Unjoni Ewropea.  Jekk iz-zghazagh maltin ma jitghallmux l-istorja ta’ pajjizhom, ma jkunux jistghu jifhmu l-prezent ghax dan hu rizultat tal-passat u ma jkunux jistghu jifhmu kemm hadmu missirijiethom sabiex illum Malta hi dik li hi.

Ikun ukoll utli t-twaqqif ta’ Istitut Kulturali, kif gie propost, li jkollu l-missjoni li jzomm hajjin u jxerred dawk id-distintivi tal-identita’ Maltija bhalma huma t-tradizzjonijiet, id-drawwiet, il-folklor u t-taghlim tal-lingwa Maltija.  Il-mezzi elettronici tal-internet jistghu wkoll jigu utilizzati ghall-istess skop kif illustra tajjeb il-Professur Friggieri fl-intervent tieghu.

Il-Maltin huma wkoll Ewropej b’kultura Ewropea. Jiena nahseb li, l-Maltin ilhom li hassew ruhhom Ewropej anki meta l-kuncett ta’ Ewropa maghquda kien ghadu ‘l boghod. Illum, minhabba l-influwenzi kulturali li garrabna matul iz-zmien flimkien mas-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea, il-Maltin qeghdin aktar u aktar ihossu l-identita’ Ewropea taghhom li dik Maltija mhix hlief parti minnha.  Huwa fatt ukoll li ahna ninsabu fil-qalba tal-Mediterran u ghalhekk naghmlu parti b’aktar emfasi mill-Ewropa Mediterranea.  Dan kollu wkoll sar parti mill-identita’ tan-Nazzjon Malti.

Illum, dawk li jahdmu barra minn Malta mhumiex kollha emigrati.  Hemm numru dejjem jikber li, ghalkemm ghadhom domiciljati jew residenti ordinarjament f’pajjizna, jiehdu vantagg mill-opportunitajiet li jezistu barra u jsibu impieg jew jipprattikaw professjoni ‘il barra minn xtutna.  Is-shubija taghna fl-Unjoni Ewropea kompliet tipprovdi aktar opportunitajiet ta’ dan it-tip.  Il-Maltin mhumiex poplu li jaqta’ qalbu u dan tixhdu l-istorja.  Illum, ghadd ta’ Maltin jahdmu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew f’postijiet ohra u numru ta’ professjonisti, bhal ma huma tobba, ihabbtuha ma’ shabhom ta’ nazzjonijiet ohra fix-xoghol li ghazlu barra.  Fil-fehma tieghi, dan hu fenomenu pozittiv.  Ghadd ta’ tobba Maltin u anki guristi Maltin, biex insemmi biss zewg oqsma ta’ attivita’ professjonali, ghamlu isem ta’ gieh ghal pajjizhom u huma meqjusa fost l-ahjar fil-professjoni taghhom.

Il-Maltin, ghalhekk, mhumiex insulari u jaqtghu qalbhom jikkompetu mal-ohrajn.  Illum rabbew il-gwienah sew u jsiefru b’kunfidenza halli jfittxu opportunitajiet godda u remunerattivi.  Jiena nixtiqilhom ilkoll aktar success.

Huti Maltin li tghixu barra minn Malta,

Il-proverbju “boghod mill-ghajn, boghod mill-qalb”, zgur li mhux veru fil-kaz taghkom.  Intom tibqghu dejjem vicin taghna u, sahansitra jekk twelidtu barra minn pajjizna, ghalina intom xorta wahda Maltin u ghandkom post ta’ ghozza gewwa qalbna.  Jiena naf li Malta ghalikom hija wkoll l-art li tatkom isimha.  Naf li, bir-ragun, tafu thobbu l-art fejn emigrajtu imma tghozzu bl-istess imhabba l-art li fiha ghandkom l-gheruq u l-origini taghkom.  Kif ighanni lil Malta l-poeta nazzjonali fil-poezija “Ghanja ta’ Malti fl-Amerka”:

            Ghalxejn bejni u bejnek imewweg il-bahar,

            Ja xtajta sabiha fejn jiena twelidt,

            Ghalxejn grajja godda, qawwija, tal-ghageb

            Ibieghdu dik l-ghodwa li minnek infridt.

            Int dejjem tittajjar fil-gholi ta’ hsiebi,

            Ja gzira mahbuba fil-hena, fil-hemm;

            Int dejjem go qalbi tkun l-eghzez tifkira

            Sakemm din il-hajja li tajtni tintemm.

Nirringrazzjakom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow