STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
PR0472
17/03/2010
Risposta għall-istqarrija tal-GWU
L-aħjar servizzi tas-saħħa b’xejn
Il-politika tal-Gvern dwar is-saħħa hi ċara: l-aħjar servizzi tas-Saħħa b’xejn.
Hu għajb li l-GWU, bħal l-Oppożizzjoni, tibqa’ tiżra’ l-biża u d-dubju fost il-pazjenti u l-poplu.
Fl-aħħar 12-il xahar kif spjega l-bieraħ il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ l-Onor Joe Cassar, saru aktar operazzjonijiet; saru aktar eżamijiet mediċi u tqassmu aktar mediċini b’xejn. Din tibqa’ l-politika tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR261991
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...
PR261990