Left arrow Mur Lura

FL-AĦĦAR SIGĦAT, IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG INDIRIZZA LILL-AMBAXXATURI EWROPEJ RESIDENTI F’MALTA U LIR-RAPPREŻENTANT TAL-AMBAXXATA LIBJANA F’MALTA.

PR0466
Date Icon 16/03/2010

Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg kellu laqgha ma’ l-Ambaxxaturi tal-UE residenti f’Malta, kif ukoll mar-rappreżentant tal-Gvern Libjan f’Malta.

Dan fid-dawl tal-kwistjoni bejn il-Libja u l-Isvizzera, li qieghda taffetwa diversi pajjiżi oħra, b’mod speċjali, pajjiżna.

Nhar l-Erbgħa fil-għaxija, l-Ministru Tonio Borg kellu laqgħa mal-Prim Ministru Libjan Mahmoudi al Baghdadi fi Tripli. Matul din il-laqgha huwa spjega l-pożizzjoni ta` Malta dwar il-kwistjoni kollha tal-visas Schengen, li nqalghet fil-kuntest tat-tilwima bejn l-Isvizzera u l-Libja u awgura li tinstab soluzzjoni malajr.

Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Borg spjega lill-Ambaxxaturi tal-UE residenti f’Malta, dwar x’kien diskuss f’din il-laqgħa.

Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg tenna li se jerġa` jqajjem il-kwistjoni fil-Kunsill tal-Ministri li jmiss fit-22 ta` Marzu, jekk ma tkunx instabet soluzzjoni sa dak in-nhar.

Hu qed jipproponi li grupp ta` pajjiżi Schengen fil-Mediterran jibdew joħorgu visas limitati għat-territorju tagħhom biss; illum hu possibbli dan isir individwlalment, iżda bis-saħħa ta’ regolamenti ġodda li se jidħlu fis-seħħ fil-5 t`April 2010, dana jista` jsir minn grupp ta` pajjiżi flimkien.

Dan ifisser li grupp ta` pajjzi, jekk hekk jidhrilhom fl-interess nazzjonali, jistgħu jinjoraw xi oġġezzjoni li ssir minn pajjiż ieħor fis-sistema Schengen, dwar xi individwu/i partikolari.

Malta diġa` qed toħroġ visas validi għal Malta biss lil ċittadini Libjani. Bis-saħħa ta` din l-inizjattiva, Malta tista` tingħaqad ma` pajjizi oħra li għandhom interess biex tinħareħ visa komuni.

Għal dan il-għan, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg kiteb b’mod uffiċjali lil erba’ pajjiżi oħra Ewropej, li huma membri tal-grupp Mediterranju 5+5. Iżda din l-inizjattiva hija miftuħa għal kull pajjiż ieħor tax-Schengen li lest li jipparteċipa fiha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow