Left arrow Mur Lura

TFAJJEL GĦAWDXI JIRBAĦ IL-PREMJU INTERNAZZJONALI GĦALL-AQWA POSTER DWAR IL-PAĊI

PR0461
Date Icon 15/03/2010

Jonathan Young, tfajjel ta’ 12-il sena mix-Xagħra, huwa wieħed mill-finalisti tat-22 edizzjoni tal-kuntest tal-poster dwar il-paċi internazzjonali organizzata mil-Lions Club International. Is-Sur Anton Borg, Kap tas-Segretarjat fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ippreżenta l-premju lil Young, f’isem il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono waqt ċerimonja li saret fil-Banca Giuratale fir-Rabat, u li għaliha kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika l-Onor Chris Said. Din l-attività ġiet organizzata mill-Lions Club Sliema, li huma l-promoturi ewlenin ta’ din il-kompetizzjoni f’pajjiżna. Dan bil-għan li jappoġġjaw il-parteċipazzjoni ta’ artisti zgħażagħ Maltin biex b’hekk anke dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu fil-promozzjoni għal paċi fid-dinja.

Waqt il-messaġġ li bagħtet il-Ministru għal Għawdex għal din l-okkażjoni, hija ferħet lil Jonathan Young għal dan is-suċċess kif ukoll lil Lorna Spiteri u Faustine Schembri, it-tnejn Għawdxin, li bit-tpinġija tagħhom kisbu t-tielet u r-raba’ post rispettivament f’din il-kompetizzjoni, fuq livell lokali. Il-Ministru rreferiet ukoll għall-inizjattiva tal-Lions Club Sliema u għal ħidma tagħhom fil-komunitajiet lokali bil-għan li jippromwovu t-trankwillità u l-paċi bejn in-nazzjonijiet. Żiedet tgħid li permezz ta’ din l-inizjattiva tal-Lions Club Sliema, żgħażagħ Maltin u Għawdxin qed jingħataw l-opportunità li juru l-ħiliet artistiċi tagħhom f’livell internazzjonali. ‘Huwa għalhekk li r-riżultati miksuba jżidu fl-importanza u jixhdu l-kompetenzi taż-żgħażagħ tagħna’ qalet il-Ministru Debono.

Il-poster ta’ Young intgħażel għall-oriġinalità artistika tiegħu u huwa wieħed fost it-23 rebbieħ li ġew magħżula minn 350,000 parteċipant ta’ bejn il-11 u t-13-il sena ġejjin minn 65 pajjiż differenti. It-tema tal-kompetizzjoni tas-sena l-oħra, kienet Il-qawwa tal-Paċi.

Jonathan Young huwa student fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù f’Għawdex, u minbarra li huwa interessat fl-arti huwa attiv ukoll fil-qasam sportiv u f’dak tal-volontarjat.

Il-posters tal-24 finalista se jkunu esebiti f’mużewijiet tat-tfal f’diversi lokalitajiet madwar l-Istati Uniti. Se jintwerew ukoll fit-93 Konvenzjoni Annwali Internazzjonali tal-Lions Club f’Sydney fl-Awstralja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow