Left arrow Mur Lura

DOMANDA GĦAL AKTAR MINN 9,500 SIĠRA MILL-KUNSILLI LOKAL

PR0460
Date Icon 15/03/2010

Skema ta’ taħwil ta’ siġar imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazjoni Pubblika wasslet biex 53 kunsill lokali applikaw għal total ta’ aktar minn 9,500 siġra endemika sabiex jitħawwlu f’madwar 200 post differenti fosthom toroq, oqsma tad-djar, ġonna pubbliċi u spazji miftuħa.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika Chris Said, waqt attivita ta’ taħwil ta’ siġar fi Triq l-Emigranti fin-Naxxar. Din l-attivta’ saret fuq l-inizjattiva tal-kunsill lokali tan-Naxxar li fiha tħawwlu 26 siġra, il-biċċa l-kbira tagħhom taż-żebbuġ. Dawn is-siġar kienu ġew “adottati” waqt il-kampanja 34U.

Il-kunsill lokali tan-Naxxar qed jieħu wkoll vantaġġ mill-inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika u applika għal total ta’ 488 siġra taħt din l-iskema.

Chris Said qal li l-inizjattiva tas-Segretarjat kienet suċċess kbir u d-domanda eċċediet dak li kien maħsub fil-bidu. Fil-fatt kien hemm il-ħsieb li b’kollox jitħawwlu mal-4,000 siġra, iżda issa se jsiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex id-domanda kbira mill-kunsilli lokali tiġi sodisfatta.

Chris Said faħħar ‘il kunsill lokali tan-Naxxar għal mod kif jinvolvi lir-residenti b’mod dirett f’dawn l-attivitajiet. Is-Segretarju Parlamentari qal li din il-parteċipazzjoni mhux ġejja biss mir-residenti tal-lokalita’, imma anki minn residenti ta’ lokalitajiet oħra. Huwa aċċenwa wkoll għal dawk il-kuntratturi li ħadmu mal-kunsill lokali tan-Naxxar u li għazlu li jadottaw siġra sabiex ikunu qed jagħtu xi haġa lura lil-lokalita’.

Chris Said qal li l-kunsill lokali tan-Naxxar mhux qed jieqaf mat-taħwil tas-siġar iżda qed iħares lejn l-ambjent b’mod aktar ħolistiku u, fost l-oħrajn, se jorganizza korsijiet dwar il-kura tal-ġonna u l-pjanti.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-kunsilli lokali fakkar kif waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni tat-tiġdid tal-kunsilli lokali l-indafa kienet waħda mill-prioritajiet ewlenin tar-residenti. Huwa qal li l-kunsilli lokali wkoll ghandhom jagħmlu l-indafa, iż-żamma fl-aħjar stat tal-postijiet pubbliċi u l-ambjent bħala priorita’ tagħhom.

Chris Said qal li matul is-snin tħawwlu eluf ta’ siġar iżda pajjiżna xorta jibqa’ meqjus nieqes mis-siġar u, filwaqt li ħeġġeġ lill-kunsilli lokali biex ikomplu jaħdmu ħalli jitħawwlu aktar siġar endemiċi fil-lokalitajiet tagħna, irringrazzja lill-istess kunsilli lokali u lit-34U għax-xogħol li qed iwettqu f’dan il-qasam.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL  Tittella’ r-raba’ edizzjoni ta’ Porkilicious: inizjattiva li tgħaqqad il-gastronomija u s-sostenibbiltà tal-ikel mal-appoġġ għall-Malta Community Chest Fund

PR261991

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U L-PROVVISTA TAL-IKEL ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  “L-intelliġenza artifiċjali għandha tkun għodda mħaddma tajjeb, filwaqt li qatt ma tista’ tieħu r-rwol fundamentali tal-edukaturi” – Il-Ministru Byron Camilleri fi Brussell

PR261990

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT “L-intelliġenza arti...

Aktar Stqarrijiet Right arrow